Arkivji mensili: Lulju 2017

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Awwissu 2017

  • L-Erbgħa 2 ta’ Awwissu 2017, fis-6:30 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil-Parroċċa ta’ Birżebbuġa fl-okkażjoni tal-1950 anniversarju mill-martirju ta’ San Pietru u San Pawl.

    Is‑Sibt 5 ta’ Awwissu, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi Traslazzjoni Solenni lejlet il-festa ta’ Ġesù Salvatur, Ħal Lija.

    Il‑Ħadd 6 ta’ Awwissu, fid-9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ Ġesù Salvatur, Ħal Lija…

  • Kompli aqra »

Chaplain ġdid għall-kappella tal-Università

  • Fr Mark Cachia SJ inħatar bħala ċ-chaplain il-ġdid tal-Università ta’ Malta. Dan wara li Fr Michael Bugeja, kien ilu jmexxi l-kappella tal-Università għal dawn l-aħħar 9 snin.

    Fr Cachia se jieħu ħsieb tim li jaħdem mill-kappella St Thomas More, fuq il-kampus tal-università stess, u li hu ffurmat minn żewġ impjegati full-time – Christian Mintoff u Sara Zingariello – u Martina Laferla, li tikkordina il-kors universitarju fuq ħidma volontarja, Degree Plus…

  • Kompli aqra »

Kliem ta’ kuraġġ lin-nanniet mill-Arċisqof

Quddiesa lejlet il-festa ta' Sant'Anna

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Parroċċa ta’ Wied il-Għajn

    29 ta’ Lulju 2017

    Il-festa ta’ Sant’ Anna tfakkarna wkoll fir-raġel tagħha San Ġwakkin. Fl-istatwa sabiħa li ilha hawnhekk 70 sena, San Ġwakkin ma jidhirx, imma qiegħed iħares lejna mill-istatwa li hemm mal-ġenb tal-knisja, u llum, meta nagħmlu l-quddiesa fuq is-simenta, iħarsu ftit lejn xulxin…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Lulju

  • San Mattew 13:31-35

    F’dak iż-żmien, Ġesù ġab lill-folla parabbola oħra u qalilhom: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel ikun qabad u żeragħha fl-għalqa tiegħu. Hija tabilħaqq l-iżgħar waħda fost iż-żrieragħ kollha, iżda meta tikber, tkun l-akbar waħda fost il-ħxejjex u ssir siġra, hekk li l-għasafar tal-ajru jiġu jbejtu fil-friegħi tagħha”.

    Qalilhom parabbola oħra: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil ftit ħmira li waħda mara tkun qabdet u ħalltet ma’ tliet sigħan dqiq sa ma tkun għoliet l-għaġna kollha”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 30 ta’ Lulju

  • San Mattew 13:44-52

    F’dak iż-żmien Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa, li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibigħ kull ma jkollu u jixtri dik l-għalqa.

    Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil wieħed neguzjant ifittex ġawhar fin; meta sab ġawhra tiswa ħafna, mar biegħ kull ma kellu u xtara lilha…

  • Kompli aqra »

Filmat: Organizzat seminar dwar il-meditazzjoni u l-prattiċi spiritwali fl-iskejjel

  • It-Taqsima tal-Iżvilupp Spiritwali fi ħdan is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, organizzat seminar bħala follow up ta’ dak ta’ Novembru li għadda, li kien dwar il-meditazzjoni fl-iskejjel, u anke sabiex tiċċelebra u taqsam prattiċi spiritwali fl-iskejjel (good spiritual practices). 

    Kienu madwar 70, l-edukaturi li pparteċipaw b’mod attiv fis-seminar. Fi kliem Fr Reuben gauci, li jieħu ħsieb il-ħidma pastorali fl-iskejjel tal-istat, l-interess qed jikber u dan bħala rispons għall-għatx spiritwali li t-tfal u anke membri tal-istaff, jesprimu ruħhom f’diversi modi matul is-sena…

  • Kompli aqra »

Imut iċ-ċkejken Charlie Gard

  • Charlie Gard, the critically ill baby at the centre of a contentious legal battle that attracted the attention of Pope Francis and US President Donald Trump, died on Friday, according to a family spokeswoman. He would have turned one next week.

    Charlie suffered from a rare genetic disease, mitochondrial depletion syndrome, which caused brain damage and left him unable to breathe unaided…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Lulju

  • San Luqa 10:38-42 

    F’dak iż-żmien: Ġesù daħal f’raħal, u laqgħetu għandha waħda mara jisimha Marta. Din kellha oħtha, jisimha Marija, li niżlet bilqiegħda f’riġlejn il-Mulej tisimgħu x’kien qiegħed jgħid. Iżda Marta kienet moħħha fuq il-ħafna xogħol tad-dar.

    Imbagħad resqet u qaltlu: “Mulej, mintix tara kif oħti ħalliet ix-xogħol kollu fuqi biss? Mela għidilha taqbad tagħmel xi ħaġa miegħi!’’

    Qabeż il-Mulej u qalilha: “Marta, Marta, inti tieħu rasek u tinkwieta fuq ħafna ħwejjeġ: imma ħaġa waħda hi meħtieġa…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof Scicluna mistieden fil-Ġermanja biex jippresiedi l-festa ta’ San Liborju

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna kien mistieden biex jippresiedi ċ-ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Liborju, il-qaddis patrun tal-Arċidjoċesi ta’ Paderborn, il-Ġermanja, bejn is-Sibt 22 u l-Erbgħa 26 ta’ Lulju 2017.

    Għal din il-festa ġew mistiedna madwar 20 isqfijiet u kardinali minn 14-il pajjiż. Din kienet l-ewwel darba li l-Arċisqof Scicluna ħa sehem f’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet.

    Il-Ħadd, 23 ta’ Lulju, l-Arċisqof tal-Arċidjoċesi ta’ Paderborn, Hans-Josef Becker, iċċelebra quddiesa pontifikali flimkien mal-isqfijiet u kardinali mistiedna u wara saret purċissjoni mat-toroq  tal-belt, bir-relikwi ta’ San Liborju…

  • Kompli aqra »

Captain Underpants: The First Epic Movie

  • ***

    Direttur:          David Soren

    Atturi:              Kevin Hart, Ed Helms, Thomas Middleditch, Nick Kroll, Jordan Peele u Kristen Schaal

    Ħin tal-Film:    89 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 U

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      12

    Ġewwa l-belt ta’ Piqua f’Ohio, jgħixu George Beard u Harold Hutchins, żewġ subien, ġirien ta’ xulxin…

  • Kompli aqra »