Arkivji mensili: Lulju 2017

Anġelus: Bħal dak li jitfa’ ż-żerriegħa, Ġesù jwettaq radjografija spiritwali ta’ qalbna

  • Waqt l-Anġelus tal-Ħadd, lill-pellegrini u turisti li nġabru fi Pjazza San Pietru, il-Papa Franġisku qara il-famuża parabbola taż-żerriegħa.

    Il-Papa spjega li dak li tefa’ ż-żerriegħa hu Ġesù, iżda l-parabbola titkellem dwar il-ħamrija u mhux min żera’.

    Il-Qdija Tiegħu enfasizza li “Ġesù qisu jwettaq radjografija spiritwali ta’ qalbna,” li hi l-bażi fejn iż-żerriegħa tal-Kelma, taqa’. Qalbna, kompla jgħid il-Papa, “hi bħall-ħamrija, li tista’ tkun tajba meta l-Kelma tħalli frott, iżda tista’ tkun iebsa u ma tħallix ilma jgħaddi minnha.”

    Iddeskriva wkoll kif apparti dawn it-tipi differenti ta’ ħamrija, hemm ukoll żewġ tipi differenti ta’ art…

  • Kompli aqra »

€186,000 miġbura waqt il-maratona Oħloq Tbissima

  • Waqt is-60 siegħa tal-maratona Oħloq Tbissima nġabret is-somma ta’ €186,361 b’risq is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP).

    Hekk kif il-15-il edizzjoni tal-maratona Oħloq Tbissima ġiet fi tmiemha, Fr. Louis Mallia rringrazzja lil voluntiera kollha li b’xi mod jew ieħor taw sehemhom, hekk kif enfasizza li l-kontribut ta’ kull min ta’ sehmu għandu valur kbir.  Fr. Louis fakkar li flimkien ma’ din is-somma hemm ukoll kontejner mimli affarijiet li fi ftit jiem oħra se jaqbad trieqtu lejn il-Perù…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Lulju

  • San Mattew 10:34-11:1 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-appostli tiegħu: “Taħsbux li jiena ġejt inġib il-paċi fuq l-art! Ġejt inġib mhux il-paċi, imma s-sejf. Iva, ġejt nifred lill-bniedem minn missieru, lill-bint minn ommha, u lill-mara minn omm żewġha; u l-bniedem ikollu n-nies ta’ daru stess għedewwa tiegħu. Min iħobb lil missieru jew lil ommu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun miegħi; min iħobb lil ibnu jew lil bintu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun tiegħi…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 16 ta’ Lulju

  • Festa: Madonna tal-Karmnu

    San Mattew 13:1-23 

    Dakinhar Ġesù ħareġ mid-dar, mar f’xatt il-baħar u qagħad bilqiegħda hemm. U nġabru madwaru folol hekk kbar ta’ nies li kellu jitla’ fuq dgħajsa u jinżel bilqiegħda fiha; in-nies qagħdu lkoll wieqfa fuq ix-xatt, u hu beda jkellimhom fuq bosta ħwejjeġ bil-parabboli.

    U qalilhom: “Darba wieħed bidwi ħareġ jiżra’…

  • Kompli aqra »

“Evitaw dejjem il-kliem iebes għal xulxin u ifirħu flimkien” – Il-messaġġ tal-Ariċsqof lill-komunità ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid

Quddiesa tal-50 anniversarju mill-konsagrazzjoni tal-Knisja ta' Kristu Re, Raħal Ġdid

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid

    12 ta’ Lulju 2017

    “Ersqu lejn Ġesù li huwa l-ħaġra mormija mill-bnedmin imma magħżula u għażiża għal Alla” (ara 1 Pt 2, 4). Aħna u nfakkru l-50 anniversarju mill-konsagrazzjoni ta’ dan it-tempju maestuż li ra ħafna staġuni, imma issa nistgħu ngħidu qiegħed igawdi staġun feliċi…

  • Kompli aqra »

Maratona Oħloq Tbissima: Il-Maltin imsejħa jerġgħu jgħinu lil min hu fil-bżonn

  • Il-maratona Oħloq Tbissima għaddejja ġmielha, bis-somma miġbura sa nofsillejl tal-Ġimgħa laħqet il-€25,198.

    Il-maratona bdiet il-Ġimgħa f’nofsinhar u tibqa’ sejra bla waqfien sa għada, il-Ħadd 16 ta’  Lulju, f’nofsillejl.

    Din hi l-15-il edizzjoni tal-maratona fejn id-donazzjonijiet miġbura se jgħinu l-ħidma missjunarja tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP).

    Il-ħidma missjunarja fdata f’idejn is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP) ma tieqafx biss ma’ xtutna imma hi mifruxa wkoll fil-Perù, fil-Pakistan u anke l-Filippini

    Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex jipparteċipa f’din il-maratona, billi jagħti d-donazzjoni tiegħu, kif ukoll billi jżur l-attivita’ u jsegwi minn fuq l-istazzjonijiet lokali.  Oħloq Tbissima qed tiġi mxandra fuq TVM2 b’kollegamenti ma’ TVM, ONE TV u NET TV…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Lulju

  • San Mattew 10:24-33

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Appostli tiegħu: “Ma hemmx dixxiplu aqwa mill-imgħallem, anqas ilsir aqwa minn sidu. Biżżejjed għad-dixxiplu jekk joħroġ jixbah lill-imgħallem tiegħu u l-ilsir lil sidu. Jekk lil sid id-dar tawh il-laqam ta’ Begħelżebul, kemm aktar lin-nies ta’ daru! Għalhekk la tibżgħux minnhom. Għax xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf…

  • Kompli aqra »

Tifel li twieled bla moħħ issa jista’ jitkellem, jgħodd u jmur l-iskola

  • When Noah Wall was born, the doctors said he probably wouldn’t survive and if he did, he would be severely physically and developmentally disabled. Born with only 2 percent of his brain to a family in Cumbria, England, Noah had no hope — at least according to the doctors.

    In utero, Noah had developed a rare complication of spina bifida where his skull filled with fluid, crushing his brain down into a “thin sliver of tissue,” according to the UK’s Mirror

  • Kompli aqra »

Investigata l-eks tmexxija tal-Fondazzjoni Bambino Gesù

  • L-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede ħareġ dikjarazzjoni dwar l-akkużi ta’ tbagħbis mill-fondi tal-Fondazzjoni Bambino Gesù, li teżisti biex tgħin fit-tmexxija tal-isptar tat-tfal li jġib l-istess isem tagħha.

    L-istqarrija tgħid li l-eks president tal-fondazzjoni, Giuseppe Profiti, u l-eks teżorier, Massimo Spina, issejħu biex jidhru quddiem il-qorti u jwieġbu dwar l-€400,000 li sparixxew mill-Fondazzjoni.

    L-akkużi tressqu mill-Uffiċċju tal-Promozzjoni tal-Ġustizzja, il-prosekutur tal-Vatikan, wara tmiem ta’ investigazzjoni preliminari dwar l-abbużi mill-fondi tal-Fondazzjoni…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Lulju

  • San Mattew 10:16-23

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Appostli tiegħu: “Ara, jiena qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup. Kunu mela għaqlin bħas-sriep u safjin bħall-ħamiem. Oqogħdu attenti mill-bnedmin! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati, jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom, itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani.

    Iżda meta jerħukom f’idejhom, tinkwetawx ruħkom kif se titkellmu jew x’se tgħidu, għax dak il-ħin stess jingħatalkom xi jkollkom tgħidu…

  • Kompli aqra »