Arkivji mensili: Lulju 2017

Is-Safeguarding Commission testendi s-servizzi tagħha fis-soċjetà

Rapport Annwali 2016

  • Il‑Kummissjoni għall‑Ħarsien tat‑Tfal u l‑Adulti Vulnerabbli (Safeguarding Commission) ser toffri s‑servizzi tagħha lill‑għaqdiet u organizzazzjonijiet li jaħdmu mal‑minuri u li ma jiffurmawx parti mill‑Knisja. Dan bil‑għan li tkompli toħloq għarfien dwar il‑prevenzjoni mill‑abbuż u l-importanza ta’ ambjent sikur fil‑komunità. Dawn is‑servizzi jinkludu żvilupp ta’ policy ta’ ħarsien skont il‑ħtiġijiet tal‑entità, taħriġ lill‑ħaddiema u l‑voluntiera, risk assessments ta’ individwi li qed jaffaċċjaw allegazzjonijiet jew jinstabu ħatja ta’ abbuż, u kwalunkwe parir professjonali ieħor relatat mal‑prevenzjoni tal‑abbuż…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Lulju

  • San Mattew 12:1-8 

    Darba waħda, is-Sibt, Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa. Issa lid-dixxipli tiegħu ħadhom il-ġuħ; u bdew jaqtgħu s-sbul u jikluh. Imma rawhom il-Fariżej, u qalulu: “Ara, id-dixxipli tiegħek jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt”.

    U hu qalilhom: “Ma qrajtux x’għamel David meta kien bil-ġuħ, hu u dawk li kienu miegħu? …

  • Kompli aqra »

Korsijiet għas-sena akkademika l-ġdida mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali

  • Fis‑sena akkademika li tibda f’Ottubru 2017, l‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali u diversi entitajiet formattivi oħra fil‑Knisja ser joffru korsijiet varji ta’ formazzjoni Nisranija. Fost is‑17‑il kors offruti mill‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali hemm korsijiet dwar l‑istorja tal‑Knisja f’Malta, ir‑rispett lejn il‑ħajja umana, il‑Missirijiet tal‑Knisja, il‑ħajja tal‑familja, l‑Evanġelizzazzjoni, l‑Ekumeniżmu u bosta oħrajn.

    Il‑korsijiet offruti huma dawn:

    • Module on Liturgical Flower Ministry (NQF Livell 3)
    • The Human Experience of God in Prayer (NQF livell 4)
    • Course in Parish Ministry (NQF livell 5)
    • Module in Franciscan Spirituality (NQF livell 5)
    • Module on the Respect for Life Curriculum (NQF livell 5)
    • Module on the Ministry of the Liturgical Cantor (NQF livell 5)
    • Lectio Patrum (NQF livell 5)
    • General Education Award in Evangelisation (NQF livell 4)
    • Higher Education Award in Adolescent and Youth Ministry (NQF livell 5)
    • Higher Education Award in Catholic Social Teaching (NQF livell 5)
    • Higher Education Award in Christian Leadership I (NQF livell 5)
    • Higher Education award in Ecumenism (NQF livell 5)
    • Higher Education Award in Family Ministry (NQF livell 5)
    • Higher Education Award in History of the Church in Malta (NQF livell 5)
    • Higher Education Award in the Liturgy (NQF livell 5)
    • Higher Education Award in Theology (NQF livell 5)
    • Higher Education Award in Parish Nursing (NQF livell 6)

    L‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali twaqqaf fl‑2007 bl‑iskop li joffri formazzjoni lill‑Insara għall‑ħtiġijiet reali tas‑soċjetà kontemporanja…

  • Kompli aqra »

Il-President taċ-Ċentru għall-Ħarsien tat-Tfal jitkellem dwar ir-rapport ta’ każ ta’ abbuż f’kor il-Ġermanja

  • Father Hans Zollner, SJ says a new report on abuse at a prestigious German musical institution is an “important step forward.” Father Zollner is President of the Centre for Child Protection of the Pontifical Gregorian University, and a member of the Pontifical Commission for the Protection of Minors.

    The report identified hundreds of instances of physical abuse, as well as dozens of cases of sexual abuse of members of the Regensburger Domspatzen boys choir in Germany…

  • Kompli aqra »

‘Intom martri’ – L-Arċisqof lill-missjunarji Maltin

  • F’laqgħa mal-missjunarji Maltin imxerrda madwar id-dinja u li bħalissa jinsabu Malta għal btala, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ddeskriviehom bħala martri, għaliex fi kliemu, biex tkun martri m’hemmx bżonn it-tixrid ta’ demm.

    “Hemm tipi differenti ta’ martirji,” saħaq l-Arċisqof, fosthom il-martirju tal-karità, tal-ubbidjenza u taċ-ċaħda.

    Għal-laqgħa li saret f’Dar Emigrant, il-Belt Valletta, attendew missjunarji li jaħdmu f’pajjiżi foqra, oħrajn li jaħdmu fi sptarijiet u oħrajn li jieħdu ħsieb l-Evanġelizzazzjoni f’aktar minn parroċċa waħda, u hemm min jaħdem ukoll fil-komunitajiet ta’ emigranti Maltin…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Lulju

  • San Mattew 11:28-30

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif”.

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Lulju

  • San Mattew 11:25-27 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin.

    Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu”…

  • Kompli aqra »

Nitolbu l-interċessjoni ta’ San Benedittu biex Malta ma tpoġġix lil Alla fit-tieni post – L-Arċisqof

  •  
    L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Monasteru ta’ Santa Skolastika, il-Birgu

    11 ta’ Lulju 2017

    “Il-Mulej jagħti l-għerf, minn fommu ġej it-tagħrif u d-dehen” (Prov. 2, 6). Dik kienet xi ħaġa li skopra San Benedittu meta beda jistudja l-filosofija f’Ruma u rrealizza li l-għerf tal-bnedmin u tad-dinja ma kienx joqgħod ħdejn difer l-għerf li jagħti l-Mulej…

  • Kompli aqra »

Dar Papa Franġisku titma mal-280 persuna

  • Bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena kien hemm 283 persuna li ġew mgħejjuna minn Dar Papa Franġisku u u ngħataw is-servizz ta’ ikliet b’xejn.

    Minn informazzjoni ngħatat fil-Parlament, minn dawn il-283 persuna, 165 kienu Maltin u l-kumplament, jiġifieri t-118 persuna l-oħra, kienu barranin. 

    Fix-xhur imsemmija, Dar Papa Franġisku offriet 7,602 ikliet, jiġifieri medja ta’ 316-il ikla fil-ġimgħa…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Lulju

  • San Mattew 11:20-24

    F’dak iż-żmien, Ġesù qabad iċanfar bis-sħiħ l-ibliet li ma wrewx indiema minkejja l-ħafna mirakli li kien għamel fihom: “Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li wrew indiema bl-ilbies tal-ixkejjer u l-irmied. Iżda ngħidilkom li jum il-ħaqq se jkun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom…

  • Kompli aqra »