Pospost għal nhar il-Ħadd il-pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ San Publiju fuq il-Gżejjer ta’ San Pawl
07/07/2017- Minħabba r-riħ u l-baħar qawwi tal-ġimgħa li għaddiet, il-pellegrinaġġ li kellu jsir nhar il-Ħadd, 2 ta’ Lulju, bl-istatwa ta’ San Publiju fuq il-Gżejjer ta’ San Pawl, minflok se ssir nhar il-Ħadd li ġej, 9 ta’ Lulju 2017. Il-pellegrinaġġ, li qed jiġi organizzat mill-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta, se jsir għaliex din is-sena qed jiġu mfakkra l-1950 sena mill-martirju ta’ San Pawl Appostlu. Fuq il-Gżejjer se tiġi ċċelebrata wkoll l-Ewkaristija…