Arkivji mensili: Awwissu 2017

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Awwissu

  • San Mattew 23:13-22

    F’dak iż-żmien, Ġesù beda jitkellem u jgħid: “Ħażin għalikom intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom tagħlqu s-Saltna tas-Smewwiet għall-bnedmin, u la intom ma tidħlu fiha u lanqas tħallu lil ħaddieħor li jkun irid jidħol!

    Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom taqsmu l-ibħra u dduru d-dinja kollha biex iddawru bniedem għar-reliġjon tagħkom, u meta tiġbduh għal magħkom tagħmluh bniedem ħaqqu l-infern darbtejn aktar minnkom! …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 27 ta’ Awwissu

  • San Mattew 16:13-20 

    F’dak iż-żmien, meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Min jgħidu n-nies li hu Bin il-bniedem?”. 

    U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti”.

    “Imma intom min tgħidu li jien?”, staqsiehom.

    U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Awwissu

  • San Mattew 23:1-12 

    F’dak iż-żmien, Ġesù kellem lin-nies u lid-dixxipli tiegħu, u qalilhom: “Fuq il-katedra ta’ Mosè qagħdu l-kittieba u l-Fariżej. Mela kulma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn.

    Huma jorbtu qatet kbar u tqal u jgħabbuhom fuq spallejn ħaddieħor, waqt li huma stess anqas b’sebagħhom wieħed ma jridu jħarrkuhom…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: Ir-riforma fil-liturġija hija irriversibbli

  • Pope Francis gave an important address on the liturgical reform on Thursday, speaking to participants of the 68th Italian National Liturgical Week.

    The liturgical reform, he said, did not “flourish suddenly,” but was the result of a long preparation. It was brought to maturity by the Second Vatican Council with the Constitution on the Sacred Liturgy, Sacrosanctum Concilium, “whose lines of general reform respond to real needs and to the concrete hope of a renewal; it desired a living liturgy for a Church completely vivified by the mysteries celebrated.”

    The direction marked out by the Council, the Pope continued, found expression in the revised liturgical books promulgated by Blessed Paul VI…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Awwissu

  • San Mattew 22:34-40 

    F’dak iż-żmien, il-Fariżej, meta semgħu kif Ġesù lis-Sadduċej kien saddilhom ħalqhom, inġabru madwaru, u wieħed minnhom, għaref fil-Liġi, għamillu din il-mistoqsija biex iġarrbu: “Mgħallem, liema hu l-kmandament il-kbir, fil-Liġi?”.

    Qallu Ġesù: ““Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu”. Dan hu l-kmandament il-kbir u l-ewwel wieħed. U t-tieni jixbhu: “Ħobb lil għajrek bħalek innifsek”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Awwissu

  • Festa – San Bartilmew

    San Ġwann 1:45-51

    F’dak iż-żmien: Filippu sab ’il Natanael u qallu: “Sibna ’l dak li fuqu kitbu Mosè, fil-Liġi, u l-profeti, Ġesù ta’ Nazaret, bin Ġużeppi.”

    Qallu Natanael: “Tista’ toħroġ xi ħaġa tajba minn Nazaret?”

    “Ejja u ara,” wieġbu Filippu.

    Meta Ġesù ra lil Natanael riesaq lejh, qal: “Hawn hu Israeli li jistħoqqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih.”

    Natanael staqsieh: “Rabbi, kif sirt tafni?”

    U Ġesù wieġbu: “Rajtek taħt siġra tat-tin qabel ma kellmek Filippu.”

    “Rabbi,” qallu Natanael, “int l-Iben ta’ Alla, inti s-sultan ta’ Israel!”

    Ġesù wieġbu: “Qiegħed temmen għax għidtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? …

  • Kompli aqra »

“Quddiem il-qerda tal-mewt, Santa Marija tagħmlilna kuraġġ” – L-Arċisqof waqt il-festa f’Ħad-Dingli

Quddiesa Pontifikali mmexxija mill-Arċisqof fil-festa ta’ Santa Marija Mtellgħa s-Sema f'Ħad-Dingli

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna  

    Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli

    20 ta’ Awwissu 2017

    Nixtieq nirringrazzja lill-Arċipriet tal-istedina biex inkun magħkom illum f’dan il-jum sabiħ tal-festa. Nixtieq ukoll nirringrazzja lil kull wieħed u waħda minnkom talli ġejtu dalgħodu. Hija ħaġa sabiħa li bħalma qegħdin nagħmlu, l-festa nibdewha billi niċċelebraw flimkien l-Ewkaristija. Insellem b’mod speċjali l-Onor…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur il-patrijiet fil-Knisja ta’ Ġieżu r-Rabat wara li sfronda s-saqaf – jirringrazzja lil Alla li ħadd ma’ weġġa

  • Dalgħodu, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar il-patrijiet Franġiskani Minuri fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), ir-Rabat, wara li matul il-lejl li għadda sfronda parti mis-saqaf ta’ fuq l-artal maġġuri. Mons. Arċisqof, filwaqt li esprima d-dieqa tiegħu quddiem il-ħsara li saret, irringrazzja lil Alla li ħadd ma weġġa f’dan l-inċident, u rringrazzja wkoll lill-Gvern ta’ Malta talli offra l-għajnuna biex isiru x-xogħlijiet ta’ tiswija fuq il-Knisja kemm jista’ jkun malajr…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Awwissu

  • San Mattew 20:1-16a

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Ara, is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed sid li ħareġ filgħodu kmieni ħafna biex isib nies tax-xogħol u jħaddimhom fl-għalqa tiegħu tad-dwieli. Ftiehem ma’ xi ħaddiema b’dinar kuljum u bagħathom l-għalqa.

    Ħareġ ukoll madwar it-tielet siegħa, ra oħrajn qegħdin fil-pjazza, bla xogħol, u qalilhom: “Morru intom ukoll l-għalqa, u nagħtikom li jkun ħaqqkom”…

  • Kompli aqra »