Arkivji mensili: Awwissu 2017

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Awwissu

  • San Mattew 19:3-12 

    F’dak iż-żmien, resqu fuq Ġesù xi Fariżej biex iġarrbuh, u qalulu: “Jista’ wieħed jitlaq lil martu fuq xi ħaġa, tkun xi tkun?”. 

    Iżda hu qalilhom: “Ma qrajtux li sa mill-bidu l-Ħallieq għamilhom raġel u mara, u qal: “Minħabba f’hekk raġel iħalli lil missieru u ’l ommu u jingħaqad ma’ martu u t-tnejn isiru ġisem wieħed?”. Għalhekk mhumiex iżjed tnejn, imma ġisem wieħed…

  • Kompli aqra »

Il-mexxejja Kattoliċi fl-Istati Uniti jikkundannaw r-razziżmu u jsejħu għall-għaqda u t-talb

  • Catholic leaders in the United States have spoken out forcefully against racism in the wake of violent protests that erupted last weekend in the city of Charlottesville, Virginia.

    A planned rally by the so-called “alt-right” that included white supremacists and neo-Nazi groups was met by large counter-protests; as fights broke out between the two groups, police attempted to disperse the crowds. Dozens of people were injured, and one person was killed when a car was driven into a group of counter-protesters…

  • Kompli aqra »

Pellegrinaġġ bil-muturi fil-festa ta’ Santa Marija

  • Għat-tieni sena konsekuttiva, il-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr organizzaw Pellegrinaġġ bil-Muturi fil-festa ta’ Santa Marija.  Dawn huma żewġ parroċċi dedikati lil Santa Marija li iżda jiċċelebraw il-festa titulari Ħadd fuq il-15 ta’ Awwissu.  Għalhekk ittieħdet l-inizjattiva li llum, is-solennita’ tat-tlugħ fis-sema tal-Madonna, tiġi organizzata din l-attivita’ li tgħaqqad flimkien sewwieqa ta’ muturi miż-żewġ lokalitajiet li jsuqu f’pellegrinaġġ wara x-xbieha ta’ Santa Marija.  

    Din is-sena l-pellegrinaġġ beda mid-Dar tal-Providenza…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Awwissu

  • San Mattew 18:21 -19:1

    F’dak iż-żmien, Pietru resaq lejn Ġesù u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?”. 

    U Ġesù wieġbu: “Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet, imma sa sebgħa u sebgħin darba. Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbħuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu. Kif beda jagħmel dan, ħadulu quddiemu wieħed li kellu jagħtih għaxart elef talent…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Awwissu

  • San Mattew 18:15-20

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, mur sibu waħdu u widdbu. Jekk jisma’ minnek, tkun irbaħt lura lil ħuk. Jekk ma jismax, erġa’ mur u ħu miegħek wieħed jew tnejn oħra, biex kulma jingħad jissaħħaħ bil-kelma ta’ żewġ xhieda jew tlieta. Jekk imbagħad anqas minnhom ma jkun irid jisma’, mur għid lill-knisja…

  • Kompli aqra »

“Ilum fl-irxoxt ta’ Marija naraw il-glorja tal-Mulej u nemmnu fih” – L-Arċisqof fil-festa ta’ Santa Marija

Quddiesa Pontifikali fil-Knisja Arċipretali tal-Mosta fl-okkażjoni tal-festa ta’ Sidtna Marija Mtellgħa s-Sema

  • It-Tlieta, 15 ta’ Awwissu 2017, fuq stedina tal-Arċisqof Charles J. Scicluna, in-Nunzju Appostoliku l-ġdid, l-E.T. Mons. Alessandro D’Errico, mexxa Quddiesa Pontifikali fil-Knisja Arċipretali tal-Mosta fl-okkażjoni tal-festa ta’ Sidtna Marija Mtellgħa s-Sema. Il-Quddiesa kienet ikkonċelebrata mill-Arċisqof, il-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi, u numru ta’ saċerdoti. Din kienet l-ewwel okkażjoni għan-Nunzju Appostoliku biex jiltaqa’ mal-Insara Maltin.

    .

  • Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Awwissu

  • Solennita’ –  L-Imqaddsa Marija Mtellgħa s-Sema

    San Luqa 1: 39-56

    F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet ’il Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fi ħdanha, u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Awwissu

  • San Mattew 17:22-27 

    F’dak iż-żmien, meta kienu flimkien fil-Galilija, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin u joqtluh, u fit-tielet jum iqum”. U huma sewdu qalbhom ħafna. Reġgħu daħlu Kafarnahum, u resqu fuq Pietru dawk li jiġbru t-taxxa għat-tempju, u qalulu: “L-imgħallem tagħkom ma jħallashiex it-taxxa?”. “Iva”, qalilhom.

    Meta daħal id-dar, Ġesù, bla ma ħallieh jitkellem, staqsieh: “Int x’jidhirlek, Xmun? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 13 ta’ Awwissu

  • San Mattew 14:22-33

    Wara li n-nies kielu u xebgħu, Ġesù minnufih ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat lin-nies. Wara li bagħat lin-nies, tela’ waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija kien għadu hemm fuq, waħdu.

    Id-dgħajsa kienet diġa’ f’nofs il-baħar titħabat mal-mewġ, għax kellhom ir-riħ kontra tagħhom. Fir-raba’ sahra tal-lejl mar lejn in-naħa tagħhom miexi fuq il-baħar…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Awwissu

  • San Mattew 17:14-20

    F’dak iż-żmien, resaq fuq Ġesù wieħed raġel niżel għarkupptejh quddiemu u qallu: “Mulej, ikollok ħniena minn ibni, għax marid b’tal-qamar u qiegħed ibati ħafna; għax sikwit jaqa’ jew fin-nar jew fl-ilma. Ġibtu lid-dixxipli tiegħek, iżda ma setgħux ifejquh”.

    Wieġeb Ġesù u qal: “Ja nies bla fidi u ħżiena! Kemm se ndum magħkom? Kemm se ndum nissaportikom? …

  • Kompli aqra »