“Nifirħu meta naqsmu bejnietna mingħajr għira u pika t-talenti li tana Alla” – L-Arċisqof fil-bidu tal-Viżta Pastorali f’Bormla
L-Arċisqof jibda l-viżta pastorali f'Bormla u jiċċelebra Quddiesa mal-komunità
19/11/2017- Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Knisja Parrokkjali ta’ Bormla
18 ta’ Novembru 2017
Ippermettuli naqsam magħkom ħsieb qasir. Il-parabbola li għadna kemm smajna, il-Knisja tirrakkontahielna qrib l-aħħar tas-sena, donnu biex tgħina nagħmlu ftit il-kontijiet.
Wara kollox is-sid li kellu jsiefer u b’fiduċja kbira ta l-ġid li kellu lil dawn il-qaddejja, wasal il-mument meta rritorna u talabhom rapport, rapport sħiħ ta’ dak li kienu għamlu…