L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kap tal-Oppożizzjoni u mal-Kap tal-Partit Demokratiku
06/11/2017-
Illum, it-Tnejn, 6 ta’ Novembru, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, laqa’ lill-Kap tal-Oppożizzjoni, Dr Adrian Delia, u lill-Kap tal-Partit Demokratiku, Dr Anthony Buttigieg, f’żewġ żjarat ta’ korteżija fil-Kurja, il-Furjana.
Fiż-żewġ laqgħat, l-Arċisqof Charles J. Scicluna qal li x-xewqa tal-Knisja hi li l-mexxejja tal-partiti politiċi jaħdmu għall-ġid komuni mal-istituzzjonijiet tal-pajjiż. Wera l-apprezzament tiegħu għal dawk li joffru l-ħidma tagħhom fil-politika għas-servizz tas-soċjetà…