Arkivji mensili: Diċembru 2017

Taħdita dwar il-presepju Naplitan

  • Il-presepju Naplitan għal sekli sħaħ saħħar bosta artisti, storiċi u kollezzjonisti. L-istorja tiegħu tmur lura għall-bidu tas-seklu sittax, fejn il-presepju kiseb popolarità fi żmien ta’ tiġdid fid-dinja Kattolika.

    Il-presepju Naplitan kiseb livelli għolja ta’ manifattura fis-seklu tmintax matul ir-renju ta’ Karlu VII ta’ Bourbons, Re ta’ Napli, li aktar tard kien elett bħala Karlu III, Re ta’ Spanja…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Diċembru

  • San Mattew 1:18-24 

    It-tnissil ta’ Ġesù l-Messija sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu.

    Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies. Meta kien għadu qiegħed jaħsibha, deherlu anġlu tal-Mulej fil-ħolm u qallu: “Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jħeġġeġ għal rappurtaġġ ta’ aħbarijiet preċiż u sħiħ

  • Pope Francis has urged that “news be communicated with serenity, precision and completeness, using a calm ‎language in favour of a fruitful reflection; thoughtful and clear words, which reject the tempers of ‎allusive, clamorous and ambiguous speech,  Pope Francis told representatives of Italian periodicals on Saturday.  “It is important that the criteria of judgment and information are offered patiently and methodically so that ‎public opinion is able to understand and discern, and is not stunned and disoriented,” the Pope told some 350 members of the Italian Periodical Press Union (USPI) and the Italian Federation of Catholic Weeklies (FISC) who met him in the Vatican. 

    Reliable information close to reality

    The Pope told them that they have a mission to inform properly, to offer everyone a version of the facts as close as possible to reality.  “Your free and responsible voice,” he said, “is fundamental for the growth of any society that wants to be called democratic, so that a continuous exchange of ideas and a profitable debate based on real and correctly reported data are assured…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 17 ta’ Diċembru

  • It-Tielet Ħadd tal-Avvent

    San Ġwann 1, 6-8.19-28 

    Kien hemm raġel mibgħut minn Alla, jismu Ġwanni. Dan ġie bħala xhud, biex jixhed għad-dawl, biex bih kulħadd jemmen. Ġwanni ma kienx id-dawl, imma ġie biex jixhed għad-dawl. Ix-xhieda ta’ Ġwanni kienet din, meta l-Lhud ta’ Ġerusalemm bagħtu għandu xi qassisin u Leviti biex jistaqsuh: “Int min int?”. 

    Hu stqarr bla ma ċaħad: “Jien m’iniex il-Messija”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Diċembru

  • San Mattew 17:10-13

    F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien nieżel minn fuq il-muntanja, id-dixxipli staqsewh: “Mela kif jgħidu l-kittieba li l-ewwel għandu jiġi Elija?”.

    Hu weġibhom: “Elija jiġi, iva, u jerġa’ jqiegħed kollox f’postu. Imma ngħidilkom: Elija ġa ġie, u huma baqgħu ma għarfuhx, imma ġiebu ruħhom miegħu kif għoġobhom. Hekk ukoll Bin il-bniedem għandu jsofri minnhom”…

  • Kompli aqra »

Meta l-Milied jiġi t-Tnejn ifisser li trid tisma’ żewġ quddiesiet

  • If your calendar is as crowded as mine, you may just be noticing that Advent is shorter than usual this year. It’s still four Sundays, but because December 25 is a Monday, there are only 22 days of the preparatory season.

    There’s another thing about this shortened schedule that’s suddenly dawning on everyone. Sunday, December 24 is not only the Fourth Sunday of Advent, but also Christmas Eve! …

  • Kompli aqra »

Is-Sorijiet tal-Karità jingħataw il-Premju Dun Mikiel Azzopardi 2017

  • Il-Premju Dun Mikiel Azzopardi għas-sena 2017 ingħata lis-Sorijiet tal-Karità bħala turija ta’ rikonoxximent u apprezzament għall-50 sena ta’ ħidma fid-Dar tal-Providenza. Il-premju ngħata lil Suor Natalie Abela, id-delegata Maltija għall-Provinċja Malta-Italja flimkien ma’ Suor Lorenza Borg, Superjura tal-komunità tas-sorijiet li jaħdmu d-Dar tal-Providenza.

    Dan tħabbar minn Dun Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, waqt kunċert li sar fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta taħt il-patroċinju distint tal-E.T…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Diċembru

  • San Mattew 11:16-19 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Imma ma’ min se nxebbhu dan in-nisel? Inxebbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazez jgħajtu lil sħabhom u jgħidu: “Daqqejnielkom il-flawt, u ma żfintux, għannejnielkom in-niket, u ma bkejtux!”.

    Għax tassew, ġie Ġwanni, la jiekol u lanqas jixrob, u qegħdin jgħidu: “Għandu fih xitan”.

    Ġie Bin il-bniedem, jiekol u jixrob, u qegħdin jgħidu: “Araw, xi bniedem wikkiel u sakranazz, ħabib tal-pubblikani u l-midinbin”…

  • Kompli aqra »

L-omelija tal-Arċisqof lill-adolexxenti li għamlu l-Griżma fiż-Żurrieq

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, iż-Żurrieq

    12 ta’ Novembru 2017

    Ftit ħsibijiet u nixtieqkom toqgħodu attenti u tisimgħuni. L-ewwel nett nirringrazzjakom mill-ġdid, għeżież żgħażagħ, li ġejtu hawn illejla mal-parrini tagħkom u mal-ġenituri, biex qabel tirċievu l-Ispirtu s-Santu bħala Nsara adulti kif għadni kif iddikjaratkom, iġġeddu l-wegħdiet tal-Magħmudija.

    Meta tgħammidtu kontu trabi, ma tiftakrux l-Magħmudija tagħkom…

  • Kompli aqra »

Mexjin ġmielhom il-preparamenti għall-Festa ta’ Ġenerożità b’riżq id-Dar tal-Providenza

  • Ingħataw dettalji tat-22 edizzjoni tal-Festa ta’ Ġenerożità li ssir fl-Ewwel ta’ Jannar ta’ kull sena organizzata mid-Dar tal-Providenza bl-appoġġ ta’ Radju RTK biex jinġabru fondi ħalli d-Dar tal-Providenza tkun tista’ tkompli bil-ħidma tagħha u ssaħħaħha. Dan qalu Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar, waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu t-Tlieta, 12 ta’ Diċembru 2017.

    Fr Martin semma’ erba’ għanijiet għall-Festa ta’ Ġenerożità mad-Dar tal-Providenza: Li l-pubbliku jkun jista’ jiltaqa’ mar-residenti tad-Dar; li jara b’għajnejh xi proġetti u inizzjattivi importanti li saru jew qed isiru fid-Dar; li jinġabru fondi biex is-servizz siewi li tagħti d-Dar tal-Providenza jkun jista’ jibqa’ għaddej u jitjiebu u fl-aħħarnett, iżda mhux linqas, hu li jitwassal il-messaġġ li d-Dar tal-Providenza dejjem trid twassal: Is-soċjetà dejjem trid tirrispetta lill-persuni b’diżabilità, titrattahom bid-dinjità li jixirqilhom u toffrilhom l-għażliet u l-opportunitajiet li kulħadd għandu dritt li jgawdi…

  • Kompli aqra »