Arkivji mensili: Diċembru 2017

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Diċembru

  • San Luqa 1:26-38 

    Fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija.

    L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek”. Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima…

  • Kompli aqra »

Inawgurat il-presepju artistiku Malti f’Betlehem

  • Il-presepju artistiku Malti, maħluq minn Manwel Grech u mit-team tiegħu, ġie armat fil-Pjazza tal-Maxtura, quddiem il-Knisja ta’ Santa Katerina. Dan il-presepju hu xhud tat-talent lokali Malti u qed iġib il-kultura Maltija eqreb ta’ komunitajiet barranin.

    Hu stmat li tliet miljun turist fis-sena jżuru Betlem u ħafna minn dawn iż-żjarat isiru proprju fi żmien il-Milied.

    Il-presepju għandu sbatax-il pastur, kollha b’kostum Malti, u għandu elementi Maltin fosthom ir-rieqed, l-għaġeb, ix-xabbatur u San Ġorġ Preca…

  • Kompli aqra »

Filmat: Id-dehra l-ġdida tal-Komunikazzjoni Vatikana

  • 
  • Mounting anticipation for the new portal vaticannews.va. There has been talk of it for months, since the Vatican media reform project started to take shape, although, as reiterated on several occasions, the reform does not consist in the new website. In fact the latter is one of its fruits. Now the time has come: vaticannews.va is online and it replaced previous information channels…

  • Kompli aqra »

Il-membri tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija jiltaqgħu mal-President ta’ Malta

  • “Intom l-istilla ta’ dan il-pajjiż. F’soċjetà fejn tirrenja l-inċertezza, jien nammira minn qalbi x-xogħol kbir li intom tagħmlu biex tgħinu lil tant studenti u familji fil-bżonn.” Dan kien il-qofol tal-messaġġ li l-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca, għaddiet lill-membri kollha tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, fil-Kappella Russa ġewwa l-Palazz ta’ San Anton fl-okkażjoni tal-Milied.

    Din hi t-tielet sena li l-membri kollha tas-Segretarjat inġabru fil-Palazz biex fimkien jagħtu l-awguri u jiċċelebraw il-festa tal-Milied…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Diċembru

  • San Luqa 1:5-25 

    Fi żmien Erodi, sultan tal-Lhudija, kien hemm qassis jismu Żakkarija, mit-taqsima ta’ Abija; martu, li kien jisimha Eliżabetta, kienet minn ulied Aron. It-tnejn kienu nies ġusti quddiem Alla u jimxu bla nuqqas ta’ xejn skont il-preċetti u l-kmandamenti kollha tal-Mulej. Ulied ma kellhomx, għax Eliżabetta ma setax ikollha, u t-tnejn kienu mdaħħlin fiż-żmien. Mela ġara li Żakkarija kien qiegħed jaqdi dmiru ta’ qassis quddiem Alla, għax kien imissha t-taqsima tiegħu, u, skont id-drawwa tal-liturġija, intgħażel hu bix-xorti biex jidħol ġewwa fis-santwarju tal-Mulej ħalli jaħraq l-inċens…

  • Kompli aqra »

Star Wars – The Last Jedi

  • *****

    Direttur:          Rian Johnson

    Atturi:              Mark HamilL, Carrie Fisher, Adam Driver, Daisy Ridley, John Boyega, Oscar Isaac, Andy Serkis, Lupita Nyong’o, Domhnall Gleeson u Anthony Daniels

    Ħin tal-Film:    152 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       12

    Ir-Reżistenza taħt it-tmexxija tal-Ġeneral Leia Organa, jevakwaw il-bażi ewlenija meta l-bastiment spazjali tal-Ewwel Ordni, flimkien ma’ flotta kbira, jaslu fuq il-pjaneta…

  • Kompli aqra »

Stronger

  • ***

    Diretturi:         David Gordon Green

    Atturi:              Jake Gylienhaal, Tataina Maslany, Miranda Richardson, Clancy Brown, Richard Land Jr., Clancy Brown, Frankie Shaw, Jimmy LeBlanc u Patty O’Neil

    Ħin tal-Film:    119 min

    Maħrug minn KRS Releasing  Ltd

    KLASSSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       15

    Jeff Bauman mimli b’intenzjonijiet tajba, iżda sfortunatament ma jidhirx li hu bniedem li  jmur tajjeb daqskemm kien mistenni minnu…

  • Kompli aqra »

“Ħaddnu l-valuri tal-għaqal, tal-ġustizzja u tas-sewwa” – Il-Vigarju Ġenerali lill-avukati fil-festa ta’ San Ivo

Il-Vigarju Ġenerali jiċċelebra Quddiesa fil-festa ta' San Ivo, qaddis tal-avukati

  • Omelija tal-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    18 ta’ Diċembru 2017

    San Ivo, patrun tal-avukati, li għex fis-seklu tlettax u l-bidu tas-seklu erbatax (1253-1303) u ġie kanonizzat fl-1347 iġorr miegħu sentenza partikulari li ssibha f’diversi rappreżentazzjonijiet tiegħu u nimmaġina li intom familjari magħha. Bil-Latin: “Sanctus Ivo erat brito, advocatus et non latro, res miranda populi”…

  • Kompli aqra »

Awguri tal-istaġun tal-festi lill-Isqfijiet

  • L-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna, l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona u l-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi ser jilqgħu lill-awtoritajiet tal-Istat u lill-korpi kostitwiti għall-bdil tal-awguri tal-Milied u l-bidu tas-Sena l-Ġdida, nhar l-Erbgħa, 27 ta’ Diċembru, fil-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta, fit-3:00 p.m.

    Fl-okkażjoni tal-festi ta’ żmien il-Milied u l-bidu tas-Sena l-Ġdida, l-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna, l-Arċisqof Emeritu Mons…

  • Kompli aqra »

Il-parir tal-Arċisqof lill-koppji: Tinsewx tgħidu ‘grazzi’ lil xulxin

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa tal-Familja Mqaddsa mal-membri tal-GRUFAN

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    16 ta’ Diċembru 2017

    Jiena l-leħen ta’ wieħed jgħajjat fost ħafna storbju, għax li tgħid li “int leħen tgħajjat fid-deżert” (Ġw 1, 2-3), illum ma jagħmilx sens, imma l-istorbju jaf ukoll ikun aljenazzjoni, jaf ukoll jimpedixxi li aħna nikkomunikaw bejnietna…

  • Kompli aqra »