Yearly Archives: 2017

Ritratti: L-Assemblea Djoċesana 2017 tiġi fi tmiemha bil-messaġġ tal-Arċisqof

  • F’għeluq l-Assemblea Djoċesana 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna tkellem dwar il-ħtieġa li n-Nisrani jilqa’ u jxandar il-Kelma ta’ Ġesù biex din issir dawl għas-soċjetà tal-lum u tieħu l-ħajja bl-eżempju ta’ tjubija, ġustizzja u verità.

    It‑tema tal-Assemblea ta’ din is‑sena kienet ‘L‑Evanġelizzazzjoni u d‑Djakonija: Lejn Pjan Pastorali għall‑Arċidjoċesi’.

    Mons. Arċisqof saħaq li magħquda flimkien, l-evanġelizzazzjoni u s-servizz tad-djakonija jwasslu lill-Insara biex ikunu “ulied id-dawl u mhux ulied id-dlam”…

  • Kompli aqra »

Assemblea Djoċesana 2017: Id-Djakonija

  • It-tieni sessjoni tal-Assemblea Djoċesana kompliet illum, is-Sibt, 25 ta’ Novembru 2017, bil-preżentazzjoni tal‑Vigarju Episkopali għad‑Djakonija, Mons. Charles Cordina, dwar proposta ta’ azzjoni għat‑tisħiħ tal‑impenn soċjali tal‑Knisja fis‑soċjetà u proġetti pilota ġodda f’dan il‑qasam. Dan bħala t‑tieni parti tal‑pjan pastorali għall‑Arċidjoċesi li qed jitħejja, u fid-dawl tat-tagħlim tal‑Papa Franġisku li qed jistieden lill‑Insara jilħqu u jaħdmu mal‑foqra u dawk fil‑periferija…

  • Kompli aqra »

Assemblea Djoċesana 2017: L-Evanġelizzazzjoni

  • Fl-ewwel jum tal-Assemblea Djoċesana 2017, il-Ġimgħa 24 ta’ Novembru, il-Vigarju Episkopali għall-Evanġelizzazzjoni, Fr René Camilleri, ippreżenta proposta ta’ strateġija għall‑evanġelizzazzjoni mifruxa fuq tliet snin, bħala parti mill‑pjan pastorali għall‑Arċidjoċesi li qed isir bħalissa.

    Il-punti ewlenin tal-proposta ta’ strateġija għall‑evanġelizzazzjoni:

    1. Perspettiva Biblika: Esdra u Neħemija quddiem sitwazzjoni ta’ poplu konfuż u mitluf, riedu jagħtuh lura l-identità vera tiegħu…
  • Kompli aqra »

Il-pożizzjoni tal-Knisja dwar il-Pilastru Ewropew għad-Drittijiet Soċjali

  • Rev. Prof. Emmanuel Agius, Dean of the Faculty of Theology at the University of Malta, was one of the main speakers at the seminar titled “The contribution of workers’ organisations to the European Pillar of Social Rights” organised by the Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM).

    Prof. Emmanuel Agius spoke about the Church’s position on the European Pillar of Social Rights. The Pillar is designed as a compass for a renewed process of upward convergence towards better working and living conditions in Europe…

  • Kompli aqra »

Daddy’s Home 2

  • ***

    Direttur:          Sean Anders

    Atturi:              Will Ferrell, Mark Wahlberg, Linda Cardellini, John Cena, John Lithgow, Mel Gibson, Scarlett Estevez u Owen Vaccaro

    Ħin tal-Film     100 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       15

    Brad Whittaker u Dusty Mayron, wara li saru ħbieb fl-ewwel avventura kif konna rajna fil-film: Daddy’s Home, jaslu fi ftehim li Brad jibda jaqsam ma’ Dusty it-trobbija taż-żewġ uliedu, Megan u Dylan billi għamlu  xi żmien jgħixu għandu wkoll…

  • Kompli aqra »

The Star

  • Direttur:          Timothy Reckart

    Ilħna:               Steven Yeun, Gina Rodriguez, Zachary Levi, Keegan-Michael Key, Kelly Clarkson, Patricia Heaton, Kristin Chenoweth,Tracy Morgan, Tyler Perry u Oprah Winfrey

    Ħin tal-Film:    86 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:            U

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                  PG

    Marija, xebba minn Nazaret, jkollha żjara minn anġlu li jħabbrilha li kienet sejra twelled il-Messija…

  • Kompli aqra »

135 persuna jiggradwaw mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali

  • 135 persuna temmew b’suċċess wieħed minn 16‑il kors li ġew offruti matul l‑aħħar sena akkademika mill‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali flimkien ma’ entitajiet oħra tal‑Knisja f’Malta. Iċ‑ċerimonja annwali tal‑gradwazzjoni saret nhar il‑Erbgħa, 22 ta’ Novembru 2017, fil‑Kappella tas‑Seminarju, Tal‑Virtù, ir‑Rabat, u tmexxiet mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna. Iċ‑ċerimonja bdiet b’Quddiesa ta’ ringrazzjament u wara saret il‑preżentazzjoni taċ‑ċertifikati.

    Il‑korsijiet li temmew il‑parteċipanti kienu tar‑raba’, il‑ħames u s‑sitt livell tal‑Malta Qualifications Framework (MQF) u tal‑European Qualifications Framework (EQF), fl‑oqsma tal‑familja, it‑tagħlim soċjali tal‑Knisja, it‑Teoloġija, l‑ispiritwalità Franġiskana, l‑evanġelizzazzjoni, il‑liturġija, il‑ħidma mal‑adolexxenti u ż‑żgħażagħ, l‑istudji fl‑ispiritwalità Karmelitana u l‑istudju tal‑Bibbja…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: Talba għall-paċi fid-dinja kollha

  • Pope Francis led a prayer service in St Peter’s Basilica on Thursday evening, for the intention of peace in the world – and especially for peace in South Sudan and the Democratic Republic of Congo.

    Organized by “Solidarity with South Sudan” in association with the Justice and Peace office of religious organizations worldwide, the event in St. Peter’s was part of a worldwide initiative inviting Christians everywhere to join in prayer for peace…

  • Kompli aqra »

“Wara l-isforz tagħkom hemm is-sens ta’ responsabbiltà” – L-Arċisqof lill-gradwati tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Is-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù

    22 ta’ Novembru 2017

    Id-diskors tal-mina hu attwali ħafna imma rridu nifhmu li meta Ġesù jitkellem fuq il-mina, qed jitkellem fuq għaxar kilo deheb; kienet is-somma tal-flus li Ġesù juża’ f’din il-parabbola.

    Il-kuntest tal-parabbola hija li Ġesù huwa b’xi mod doppju biex niddeskrivuh…

  • Kompli aqra »

Filmat: Jibdew il-preparamenti għall-presepju fi Pjazza San Pietru

  • 

  • In a tradition introduced by John Paul II during his papacy 35 years ago, St. Peter’s Square will showcase a large Christmas manger beginning on December 7. 

    Work has already begun in the square, as craftsmen are building the structure of the enclosure. 

    These iron bars will provide support for the birth, which will occupy almost 900 square feet and measure nearly 23 feet tall…

  • Kompli aqra »