Yearly Archives: 2017

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Jannar

  • San Mark 3:31-35
    Darba ġew ommu u ħutu, baqgħu barra u bagħtu jsejjħulu. Dak il-ħin kien hemm ħafna nies bilqiegħda madwaru. “Ara”, qalulu, “ommok u ħutek qegħdin hemm barra u jriduk.” U hu weġibhom: “Min huma ommi u ħuti?” Mbagħad dawwar ħarstu fuq dawk li kien hemm madwaru bilqiegħda, u qal: “Dawn, ara, huma ommi u ħuti. Kull min jagħmel ir-rieda ta’ Alla, dak huwa ħija, u oħti, u ommi.”

    Saint of the day: San Franġisk de Sales, Duttur tal-Knisja

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ ma persuni neqsin mis-smigħ

  • Il-Ħadd 22 ta’ Jannar 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna iltaqa’ mal-persuni nieqsa mis-smigħ u kellu l-opportunità jisma’ d-diffikultajiet, ix-xewqat u l-aspirazzjonijiet tagħhom biex iħossuhom aktar inklużi u parteċipi fil-ħajja tal-Knisja bħala membri sħaħ tagħha.

    Fil-kummenti tiegħu waqt din il-laqgħa l-Arċisqof Charles J. Scicluna talab lill-Għaqda biex isir kuntatt mas-Seminarju ħalli s-seminaristi jkollhom aktar għarfien tal-realtà tal-persuni nieqsa mis-smigħ u biex iħajru seminaristi jitgħallmu l-Lingwa tas-Sinjali Maltija.  Huwa semma l-importanza li l-Knisja toffri is-servizz tal-interpreti tal-Lingwa tas-Sinjali għall-katekiżmu u okkażjonijiet speċjali oħra.  L-Arċisqof wera x-xewqa wkoll li l-Knisja tkompli tiżviluppa servizzi biex il-persuni b’nuqqas ta’ smigħ, imorru f’liema knisja jmorru għall-quddies, iħossuhom inklużi…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: l-għeġubijiet tas-saċerdozju ta’ Kristu

  • The great wonders of the priesthood of Christ, who offered Himself, once for all, for the forgiveness of sins; and who now intercedes for us before the Father; and who will return to bring us with Him: those are the three stages of the priesthood of Christ highlighted by Pope Francis during his homily at the morning Mass at the Casa Santa Marta…

  • Kompli aqra »

xXx: Return of Xander Cage

  • ****

    Direttur: D. J. Caruso

    Atturi: Vin Diesel, Donnie Yen, Deepika Padukone, Kris Wu, Ruby Rose, Tony Jaa, Nina Dobrev, Toni Collette u Samuel l. Jackson

    Ħin tal-Film: 91 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12

    Xander Cage jiddeċiedi li joħroġ mill-iżolament li kien daħal fih xi ftit snin ilu, għaliex fuq talba tas-CIA, ħass il-ħtieġa li jinvolvi ruħu f’qagħda serja li nħolqot meta arma li kienet tidher li setgħet tagħmel ħafna ħsara, kienet insterqet b’mod vjolenti…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Jannar

  • San Mark 3:22-30
    Il-kittieba li kienu niżlu minn Ġerusalemm bdew jgħidu: “Dan għandu fih lil Begħelżebul,” u wkoll, “Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċihom ix-xjaten.” Hu sejjħilhom lejh u beda jkellimhom bil-parabboli: “Kif jista’ x-Xitan ikeċċi x-Xitan? Jekk saltna tinqasam fiha nfisha, dik is-saltna ma tistax iżżomm wieqfa. U jekk familja tinqasam fiha nfisha, dik il-familja ma tistax iżżomm wieqfa. Li kieku mela x-Xitan qam kontra tiegħu nnifsu u nfired, ma kienx jista’ jżomm sħiħ, imma jkun wasal fit-tmiem…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 22 ta’ Jannar

  • San Mattew 4:12-23

    Meta Ġesù sama’ li kienu arrestaw lil Ġwanni, warrab lejn il-Galilija. Telaq minn Nazaret u mar joqgħod Kafarnahum, qrib il-baħar, fl-inħawi ta’ Żebulun u Naftali, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Isaija, meta qal,

                            ‘Art ta’ Żebulun, u art ta’ Naftali,

                            It-triq tal-baħar, art ‘il hemm

                            mill-Ġordan, Galilija tal-ġnus! …

  • Kompli aqra »

L-Orizzont tkompli xxerred akkużi foloz fuq il-Knisja

  • Il‑Kurja tal‑Arċisqof tesprimi d‑diżappunt tagħha għall‑attakki inġusti bbażati fuq akkużi foloz li ‘l‑Orizzont’, il‑ġurnal tal‑General Workers Union, qiegħed jippersisti bihom fil‑konfront tal‑Arċisqof u tal‑Knisja f’Malta. Dawn l‑attakki huma bbażati fuq allegazzjonijiet foloz. Fost dawn, fil‑ġurnal ‘l‑Orizzont’ tal‑bieraħ u tal‑lum, kien hemm allegazzjoni għal kollox mhux vera dwar impjegata fl‑Ufficcju Missjunarju. Dan l‑Uffiċċju, li ma jiffurmax parti mill‑Kurja iżda minn organizzazzjoni internazzjonali li hija awtonoma u li taqa’ direttament taħt il‑Papa, se jkun qed jieħu passi legali fil‑konfront tal‑ġurnal…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Jannar

  • San Mark 3:20-21
    Mbagħad mar id-dar, u l-kotra reġgħet inġemgħet, hekk li anqas biss setgħu jieklu. Qrabatu, malli semgħu, ħarġu biex iżommuh, għax qalu li tilef moħħu.

    Qaddisa tal-jum: Sant’Anjeże

  • Kompli aqra »

Servizz Ekumeniku fil-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda Fost l-Insara

  • Archbishop Charles J. Scicluna led a congregation of Christians from different Churches and Traditions at an Ecumenical Service during the Week of Prayer for Christian Unity. This was held on Thursday, 19th January 2017, at St Augustine’s Parish Church, Valletta.

    This Ecumenical Service, organized by the Diocesan Ecumenical Commission in collaboration with Christians Together in Malta (Malta Ecumenical Council), was part of the local Commemoration of the Fifth Centenary of the Reformation (1517-2017), as well as part of the year-long programme of the Bicentenary of the Maltese Augustinian Province (1817-2017)…

  • Kompli aqra »

“Il-Mulej ħelisna mill-biża’ tal-mewt” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-avukati, b'memorja ta' Prof. Ganado, fil-Kamra tal-Avukati

  • Nhar l-Erbgħa 11 ta’ Jannar 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa b’suffraġju għall-Professur Joseph Max Ganado, fil-Kamra tal-Avukati, fil-Qrati ta’ Malta, Il-Belt Valletta.  
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Kamra tal-Avukati, Qrati ta’ Malta
    11 ta’ Jannar 2017

    Ippermettuli l-ewwel nett infakkar il-figura straordinarja tal-Profs. – aħna hekk kollna ngħidulu, Prof…

  • Kompli aqra »