Yearly Archives: 2017

Kappillan ġdid għall-Parroċċa tal-Imtarfa

    • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun René Vella bħala kappillan tal‑Parroċċa ta’ Santa Luċija, l‑Imtarfa.

      Dun René Vella twieled fis‑6 ta’ Diċembru 1957. Huwa rċieva l‑edukazzjoni primarja fl‑Iskola ta’ Santa Monika, Birkirkara, u l‑edukazzjoni sekondarja fil‑Kulleġġ ta’ San Alwiġi, Birkirkara, u kompla l-istudji terzjarji fil-Fakultà tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta.

      Dun René ġie ordnat saċerdot fid‑29 ta’ Ġunju 1984…

  • Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-Parroċċa ta’ Pembroke

    • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Reuben Micallef bħala kappillan tal‑Parroċċa ta’ Pembroke.  

      Dun Reuben twieled fid‑29 ta’ Lulju 1977. Huwa rċieva l‑edukazzjoni tiegħu fl‑iskola primarja Immaculate Conception f’ Ħal Tarxien, fil‑Kulleġġ De La Salle, fil‑Junior College (G.F. Abela) l‑Imsida, u kompla l‑istudji terzjarji fil‑Fakulta tat‑Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl‑Università ta’ Malta…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Jannar

  • San Ġwann 2:1-11
    Mbagħad fit-tielet jum sar tieġ f’Kana tal-Galilija, u omm Ġesù kienet hemm. Ġesù kien mistieden għat-tieġ hu wkoll flimkien mad-dixxipli tiegħu. Billi ma kienx fadal iżjed inbid, omm Ġesù qaltlu: “Ma għandhomx inbid.” U Ġesù qalilha: “X’hemm bejni u bejnek, mara? Is-siegħa tiegħi għadha ma waslitx.” Omm Ġesù qalet lill-qaddejja: “Agħmlu kull ma jgħidilkom hu.” Issa kien hemm sitt ġarar tal-ħaġar, mqiegħda hemm għar-rit tal-purifikazzjoni tal-Lhud, kull waħda minnhom tasa’ xi mitt jew mija u għoxrin litru…

  • Kompli aqra »

Opportunità biex nġeddu l-fiduċja fil-Proġett Ewropew

L-Arċisqof jippreżenta lill-Gvern ta' Malta rapport tal-Knisja fuq il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE

  • Click here to download the Reflections of the Church in Malta for Malta’s Presidency of the Council of the EU.

    “Malta’s Presidency of the Council of the European Union offers our nation the opportunity to give a strong impetus to revitalizing faith in the European project. We augur that Malta will continue to consolidate and implement the values of human dignity, democracy, human rights, justice, solidarity and the rule of law cherished by the founding fathers of the European Union, in the areas of the six priorities adopted for its Presidency: migration, security, the single market, social inclusion, neighbourhood policy and the maritime sector.”

    This was the message conveyed by the Archbishop of Malta, Mgr Charles J…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jiltaqa’ ma dawk li nħelsu mit-terremoti li laqtu ċ-ċentru tal-Italja

  • Pope Francis met on Thursday with hundreds of Italians from the archdiocese of Spoleto-Norcia, devastated by a series of powerful earthquakes over the past six months. The central Italian town of Amatrice and surrounding areas were hit by a 6.3 magnitude quake in August which killed nearly 300 people. Other powerful quakes caused major damage in the same region on October 26th and 30th, with the latest tremors reported in Spoleto last Monday, January 2nd…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Jannar

  • San Luqa 3:23-38
    Fil-bidu tal-ministeru tiegħu Ġesù kellu madwar it-tletin sena. In-nies kienu jaħsbuh bin Ġużeppi, li kien bin Għeli, bin Mattat, bin Levi, bin Melki, bin Ġannaj, bin Ġużeppi, bin Mattatija, bin Għamos, bin Naħum, bin Ħesli, bin Naggaj, bin Maħat, bin Mattatija, bin Simgħi, bin Ġożè, bin Ġoda, bin Ġoħanan, bin Resa, bin Żorobabel, bin Salatjel, bin Neri, bin Melki, bin Għaddi, bin Kosam, bin Elmadan, bin Għer, bin Ġożwè, bin Eligħeżer, bin Ġorim, bin Mattat, bin Levi, bin Simgħon, bin Ġuda, bin Ġużeppi, bin Ġona, bin Eljakim, bin Melija, bin Menna, bin Mattata, bin Natan, bin David, bin Ġesse, bin Għobed, bin Bogħaż, bin Sala, bin Naħson, bin Għamminadab, bin Admin, bin Arni, bin Ħesron, bin Fares, bin Ġuda, bin Ġakobb, bin Iżakk, bin Abraham, bin Teraħ, bin Naħor, bin Serug, bin Regħu, bin Faleg, bin Għeber, bin Selaħ, bin Kajnan, bin Arfaksad, bin Sem, bin Noè, bin Lamek, bin Metuselaħ, bin Ħenok, bin Ġered, bin Maħalalel, bin Kajnan, bin Enos, bin Set, bin Adam, bin Alla…

  • Kompli aqra »

Erba’ Kandidati ġodda għas-Saċerdozju

  • Erba’ seminaristi fil‑ħames sena ta’ preparazzjoni fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, ser jitolbu lill‑Arċisqof Charles J. Scicluna biex jaċċetthom uffiċjalment bħala Kandidati għall‑Ordinazzjoni Djakonali u Sacerdotali, nhar il‑Ħadd 8 ta’ Jannar 2017. Din iċ‑ċelebrazzjoni ser issir waqt il‑Quddiesa tal‑Epifanija, fil‑Konkatridral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fid‑9:15 a.m.

    Peter Ellul mill‑Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta, Jean Gové mill‑Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s‑Sema, il‑Mosta, Aayrton‑Ray Muscat mill‑Parroċċa ta’ Santa Luċija, l‑Imtarfa, u Matthew Pulis mill‑Parroċċa tal‑Familja Mqaddsa, l‑Iklin, ser jistqarru pubblikament ir‑rieda tagħhom li joffru lilhom infushom lill‑Knisja biex iservu bħala saċerdoti…

  • Kompli aqra »

Il-Papa: Id-dmugħ tad-dwejjaq tal-omm issir żerriegħa ta’ ħajja u tama

  • Pope Francis on Wednesday continued his series of reflections on Christian hope, speaking of the inconsolable pain of a parent losing a child. The Pope focused his words on the Old Testament figure of Rachel, wife of Jacob, who is described by the prophet Jeremiah as weeping bitter tears for her children in exile.

    In the book of Genesis, we learn that Rachel died in childbirth, giving life to her second son, Benjamin…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Jannar

  • San Ġwann 1:43-51
    L-għada Ġesù ddeċieda li jitlaq lejn il-Galilija. Sab lil Filippu u qallu: “Ejja warajja.” Filippu kien minn Betsajda, il-belt ta’ Indrì u Pietru. Filippu sab lil Natanjel u qallu: “Sibna lil dak li fuqu kitbu Mosè fil-Liġi, u l-profeti fil-kotba tagħhom: Ġesù minn Nazaret, bin Ġużeppi.” Qallu Natanjel: “Tista’ toħroġ xi ħaġa tajba minn Nazaret?” “Ejja u ara,” wieġbu Filippu…

  • Kompli aqra »