Yearly Archives: 2017

The Death of Stalin

  • ****

    Direttur:          Armando Iannucci

    Atturi:              Jason Isaacs, Rupert Friend, Andrea Riseborough, Olga Kurylenko, Steve Busscemi, Jeffrey Tambor, Richard Brake u Paddy Considine

    Ħin tal-Film:    106 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       18

    Fil-bidu tas-seklu għoxrin, hekk kif faqqgħet ir-Revoluzzjoni Bolxevika mmexxija minn Vladimir Lenin (1870-1924), beda żmien ikraħ ħafna għar-Russja u dan kompla taħt id-dittatur Joseph Stalin (1879-1953)…

  • Kompli aqra »

My Little Pony: The Movie

  • ****

    Direttur:          Jayson Thiessen

    Ilħna:               Uzo Aduba, Ashleigh Ball, Emily Blunt, Kristin Chenoweth, Taye Diggs, Andrea Libman, Michael Pena, Zoe Saldana, Liev Schreiber u Sia

    Ħin tal-Film:    99 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 U

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       PG

    Il-poni tal-Equestria bdew jħejju ruħhom għall-ewwel Festival ta’ Ħbiberija, issorveljati mill-Prinċipessa Twilight Sparkle…

  • Kompli aqra »

Delegazzjoni Maltija fil-Vatikan għall-Kungress Internazzjonali

Il‑Knisja tistieden ukoll lill-politiċi

  • L‑Arċisqof ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna, u l‑Isqof ta’ Għawdex, Mons. Mario Grech, jinsabu l‑Vatikan għall‑kungress internazzjonali ‘(Re)Thinking Europe’. Din il‑laqgħa ta’ djalogu li tibda llum ser tlaqqa’ flimkien aktar minn 350 parteċipant mit‑28 pajjiż tal‑Unjoni Ewropea, fosthom rappreżentanti għolja tal‑Knisja u mexxejja politiċi Ewropej, bil‑għan li jikkontribwixxu għal riflessjoni kostruttiva dwar l‑isfidi li qed tiffaċċja l‑Ewropa.

    Id‑delegazzjoni Maltija mmexxijja mill‑Arċisqof Scicluna tinkludi lil Dr Aaron Farrugia, Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej u d‑Djalogu Soċjali, Dr Roberta Metsola, Membru Parlamentari Ewropej, Dr Vanni Xuereb, Kap tal‑MEUSAC, u r‑Rev…

  • Kompli aqra »

Konferenza Teoloġika dwar ir-Riforma ta’ Luteru

  • Il-Ġimgħa 27 ta’ Ottubru u l-għada s-Sibt,  id-Dipartiment tat-Teoloġija Fundamentali u Dommatika flimkien mal-Għaqda Studenti tat-Teoloġija, se jorganizzaw konferenza internazzjonali mifruxa fuq jumejn, bit-titlu hu ‘The Spirit of Reformation: 500 years On’.

      Il-konferenza se tesplora l-isond storiku, il-kwistjonijiet teoloġiċi u l-impatt pastorali li ħalliet ir-Riforma ta’ Luteru, 500 sena wara li daħlet fis-seħħ.   

    Il-Ġimgħa, il-konferenza tibda fis-6pm b’introduzzjoni mir-Rettur tal-Università ta’ Malta, Prof…

  • Kompli aqra »

Kunu strument ta’ ġustizzja mingħajr ma tħarsu lejn l-uċuħ u mingħajr biża’ – L-Arċisqof lill-Forzi Armati ta’ Malta

Quddiesa f'Jum il-Forzi Armati ta' Malta

  •  
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann

    25 ta’ Ottubru 2017

    L-Ewwel Qari li smajna llum mill-ewwel ktieb ta’ Samwel (1 Sam 17, 1-10), jiddeskrivi l-preparamenti ta’ wieħed mill-iskontri l-iżjed famużi fit-Testment l-Antik: it-taqtigħa bejn Gulija, dan il-Filistin qawwi, twil u armat tajjeb, u David, li joħroġ f’isem Iżrael jirrispondi għall-arroganza ta’ Gulija u għall-prepotenza tiegħu bi żbandola b’ħames ċagħkiet…

  • Kompli aqra »

Organizzata f’Malta l-Konferenza Ewropea tar-Radjijiet Insara

  • Rappreżentanti tal-Konferenza Ewropea tar-Radjijiet Insara (ECCR) iltaqgħu f’Malta għal-laqgħa annwali bit-tema: “Iż-żgħażagħ u r-radjijiet tagħna fid-dinamika tas-Sinodu taż-Żgħażagħ”.

    Il-konferenza f’Malta, bejn is-17 u d-19 ta’ Ottubru 2017, ġiet organizzata minn Radju RTK.

    Il-parteċipanti kellhom l-opportunità jiltaqgħu mal-Arċisqof Charles J. Scicluna u jaqsmu l-esperjenza tagħhom tar-radjijiet Insara fil-pajjiżi rispettivi.

    L-ECCR hi magħmula minn aktar minn 650 stazzjon tar-radju fi 15-il pajjiż Ewropew, u l-għan tagħha hu li tippromwovi d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-umaniżmu Nisrani u l-ħidma ma’ awtoritajiet Ewropej…

  • Kompli aqra »

Live: Quddiesa f’Jum il-Forzi Armati ta’ Malta

  • L-Erbgħa, 25 ta’ Ottubru 2017, fl-okkażjoni ta’ Jum il-Forzi Armati ta’ Malta, l-Arċisqof Charles J. Scicluna se jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

    Il-Quddiesa tibda fid-10:00 a.m.

  • Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube
  • 
  • Kompli aqra »

Dak li jagħmlek omm tajba

  • Some encouragement for all the mothers who think they are constantly letting their children down.

    When my third baby, Liam, was a week old, I left him sleeping in the middle of the couch and went to the kitchen to make lunch for my other two kids, who were quietly coloring in their bedroom. Within seconds of starting to spread peanut butter across a slice of bread, I heard a floor-shaking thunk, followed by an agonizing moment of silence…

  • Kompli aqra »

“Ejjew ma nibżgħux imma nibżgħu għal xulxin” – L-Arċisqof f’għeluq il-ġimgħa mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Quddiesa fil-Knisja tal-Bidnija b'sufraġju għal ruħ Daphne Caruana Galizia

  •  
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja tal-Familja Mqaddsa, il-Bidnija

    23 ta’ Ottubru 2017

    “Xejn la tibżgħu” (Lq 12, 7), do not be afraid, non avere paura. Dan huwa l-messaġġ ta’ Ġesù li jien nixtieq ngħaddi bħala r-ragħaj spiritwali ta’ Malta lill-poplu Malti kollu: “La tibżgħux”…

  • Kompli aqra »

Inqumu kontra l-biża’

  • Ilkoll konna maħsudin bil-qtil barbaru ta’ Daphne Caruana Galizia. Nikkundannaw bl-iżjed mod kategoriku l-qtil ta’ persuna, hi min hi u irrispettivament wieħed x’jaħseb dwarha. Il-mewt tas-Sinjura Caruana Galizia hija disfatta għal pajjiżna.

    F’dan il-mument kritiku għandna bżonn nuru solidarjetà mal-ġurnalisti kollha tagħna, u nitolbuhom ma jkunux skjavi ta’ min iħallashom imma qaddejja tal-libertà u tal-verità. Aħna, il-poplu, għandna bżonn is-servizz tal-ġurnalisti biex nibqgħu poplu ħieles…

  • Kompli aqra »