Yearly Archives: 2017

Il-messaġġ tal-Milied lill-emigranti mill-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina

    24 ta’ Diċembru 2017

    Huwa ta’ ferħ kbir għalija li f’dan il‑lejl qaddis insellem lilkom, għeżież ħuti Maltin u Għawdxin. F’dan il‑lejl qaddis il‑Mulej jistedinna nersqu lejh. L‑isem tiegħu, Ġesù, ifisser li Alla jixtieq ħafna jsalvana. Isem ieħor tiegħu, Għimmanu‑El, ifisser li għandu għatx li jkun magħna, Alla magħna. 

    Għażilt li dan il‑Milied il‑messaġġ tiegħi nwasslu mill‑Katidral tal‑Imdina fejn hawn presepju Naplitan mill‑isbaħ…

  • Kompli aqra »

Irid ikollna r-rieda li nilqgħu lil Ġesù f’qalbna – L-Arċisqof

Il-messaġġ tal-Arċisqof waqt 'Milied Flimkien'

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Milied Flimkien, il-Belt Valletta

    23 ta’ Diċembru 2017

    Għażiża President ta’ Malta, Onorevoli Prim Ministru u Sinjura Muscat, Sur Speaker u Sinjura Farrugia, u anke lil Dr Delia u lil Dr Vella de Fremaux,

    L-ewwel nett nirringrazzjakom ħafna tal-istedina biex inwassal messaġġ tal-okkażjoni li jrid ikun messaġġ reliġjuż…

  • Kompli aqra »

Live: Iċ-Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi għal żmien il-Milied

  • Lejlet il-Milied – Il-Quddiesa ta’ Nofsillejl
  • Nhar il-Ħadd, 24 ta’ Diċembru 2017, lejlet il-Milied, fil-11:00 p.m., l‑Arċisqof ser imexxi t‑talba tal‑Liturġija tas‑Sigħat fil‑Quddiesa ta’ Nofsillejl fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil‑Katidral tal‑Imdina.

  • Nhar il-Milied – Quddiesa fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu
  • Nhar it-Tnejn, 25 ta’ Diċembru 2017, nhar il-Milied, fl-10:30 a.m., l‑Arċisqof ser jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta…

  • Kompli aqra »

“Il-Mulej qed jistedinna biex infittxuh qalb il-geġwiġija tal-Milied” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jagħti l-awguri tal-Milied lilll-impjegati tal-Kurja u r-rapprezentanti tal-entitajiet tal-Arcidjoċesi ta' Malta

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana
    22 ta’ Diċembru 2017

    Għeżież, l-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom u tal-fatt li b’mod ġentili ħafna li napprezza, aċċettajtu l-istedina tiegħi li niltaqgħu flimkien u nawguraw lil xulxin. Nispera li ħadt b’idejn kulħadd, forsi anke darba, darbtejn, għax f’ġimagħtejn inħawwad jekk sellimtx lil kulħadd…

  • Kompli aqra »

JRS Malta tniedi pubblikazzjoni dwar l-aħjar prattiċi għall-prevenzjoni tar-razziżmu u l-ksenofobja

  • I Get You: Refugees and citizens together against racism and xenophobia

    Community building initiatives, which bring people together to share experiences and get to know each other, promote the social inclusion of forced migrants and counter racism and xenophobia in society.
    This is the main conclusion of ‘I Get You’, a project led by JRS Europe, with national partners in eight countries, which mapped and evaluated civil society initiatives to learn from them how best to help refugees to rebuild their lives, while strengthening the community…

  • Kompli aqra »

Avviż

  • Ġentilment ninfurmawkom li minn għada s-Sibt, 23 ta’ Diċembru 2017, sat-Tlieta, 2 ta’ Jannar 2018 (iż-żewġ ġranet inklużi), il-Kurja tal-Arcisqof u l-uffiċċji tal-Caritas, il-Furjana, u t-Tribunal Ekkleżjastiku, il-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa.

    Il-Kurja, il-Caritas u t-Tribunal jiftħu mill-ġdid nhar l-Erbgħa, 3 ta’ Jannar 2018. 

  • Kompli aqra »

Għaliex immorru l-Quddiesa l-Ħadd?

  • Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

    Nerġgħu naqbdu l-mixja ta’ katekeżi fuq il-Quddiesa, u llum nistaqsu lilna nfusna: Għaliex immorru l-Quddiesa l-Ħadd?

    Iċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija tal-Ħadd hi fil-qalba tal-ħajja tal-Knisja (ara Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, n. 2177). Aħna l-Insara mmorru l-Quddiesa l-Ħadd biex niltaqgħu ma’ Kristu Rxoxt, jew aħjar, biex inħallu lilu jiġi jiltaqa’ magħna, nisimgħu kelmtu, insostnu ruħna mill-mejda tiegħu, u hekk insiru Knisja, jiġifieri l-Ġisem mistiku ħaj tiegħu fid-dinja…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jressaq 27 kandidati pass eqreb għall-qdusija

  • Pope Francis took 27 men and women a step closer to sainthood.  The Pope received Card. Angelo Amato, the Prefect of the Congregation for the Causes of Saints and authorized him to promulgate 12 decrees regarding 22 men and 5 women from as many as 8 nations.  They concern 3 miracles, a martyrdom and 8 heroic virtues.  Nineteen candidates, including 3 miracles and the martyrdom of 16,  have been cleared for Beatification, the penultimate stage before Canonization or sainthood…

  • Kompli aqra »

Inawgurat il-presepju artistiku Malti f’Betlehem

  • Il-presepju artistiku Malti, maħluq minn Manwel Grech u mit-team tiegħu, ġie armat fil-Pjazza tal-Maxtura, quddiem il-Knisja ta’ Santa Katerina. Dan il-presepju hu xhud tat-talent lokali Malti u qed iġib il-kultura Maltija eqreb ta’ komunitajiet barranin.

    Hu stmat li tliet miljun turist fis-sena jżuru Betlem u ħafna minn dawn iż-żjarat isiru proprju fi żmien il-Milied.

    Il-presepju għandu sbatax-il pastur, kollha b’kostum Malti, u għandu elementi Maltin fosthom ir-rieqed, l-għaġeb, ix-xabbatur u San Ġorġ Preca…

  • Kompli aqra »