Yearly Archives: 2017

Madre Tereża se tiġi ddikjarata ko-patruna tal-Arċidjoċesi ta’ Kalkutta

  • As the first anniversary of the sainthood of Mother Teresa of Kolkata was marked on Monday, the Archdiocese of Calcutta, in eastern India, is set to declare her as its co-patron.  “On 6 September we will have at 5.30 pm a Holy Mass in the Cathedral (of the Most Holy Rosary) and the Archbishop is going to declare Mother Teresa as co-patroness of the Archdiocese,” IANS reported Sister Prema, Superior-General of the Missionaries of Charity of Mother Teresa, as saying on September 4.   

    Sister Prema made the declaration at the inauguration of a two-day exhibition of paintings and sculptures on Mother Teresa organized in Kolkata, formerly Calcutta, by the Indian National Forum of Art and Culture in association with the Indian Council for Cultural Relations (ICCR) and Church Art to commemorate the first anniversary of the Nobel laureate’s canonization, Sept…

  • Kompli aqra »

“Kemm attività tal-bniedem f’isem in-namur u f’isem l-isports u f’isem il-progress, teqred il-ħolqien b’kapriċċ bla rażan” – L-Arċisqof fil-bidu tax-Xahar tal-Ħolqien

Quddiesa organizzata mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent u Nature Trust Malta fl-okkażjoni tax-Xahar tal-Ħolqien

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

    Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    2 ta’ Settembru 2017

    “Xi jkun jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha imbagħad jitlef ħajtu? Jew xi prezz se jagħti l-bniedem biex isalva ħajtu?” (Mt 16, 26). Din id-domanda li għamel Ġesù nistgħu nifhmuha u ngħixuha fuq diversi livelli. Ħafna drabi, l-ewwel interpretazzjoni li tingħatalha hi li t-telfien tal-ħajja huwa dak li jwassal għat-telfien ta’ dejjem…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku u l-Patrijarka Bartilmew: talb għall-ħolqien

  • The story of creation presents us with a panoramic view of the world. Scripture reveals that, “in the beginning”, God intended humanity to cooperate in the preservation and protection of the natural environment. At first, as we read in Genesis, “no plant of the field was yet in the earth and no herb of the field had yet sprung up – for the Lord God had not caused it to rain upon the earth, and there was no one to till the ground” (2:5)…

  • Kompli aqra »

Il-Kummissjoni Ambjent dwar il-valur tas-siġar

Stqarrija mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent fl-okkażjoni tal-Jum ta' Talb għall-Kura tal-Ħolqien

  • Fil‑Bibbja spiss insibu referenza għas‑siġar. Saħansitra tissemma’ wkoll “is‑siġra tal‑ħajja”. Minbarra it‑tifsira metaforika li jista’ jkollhom, is‑siġar huma ta’ ġid kbir għall‑umanità kollha. Il‑kontribut tagħhom għal għixien aħjar imur lil hinn mill‑ispirazzjoni li joffru lill‑poeti, artisti u mużiċisti ta’ kull żmien. Minbarra li jipprovdu l‑materja prima għal għadd ta’ prodotti, huma indispensabbli biex titnaddaf l‑arja mill‑gassijiet velenużi u minn tniġġis ieħor, joħolqu ambjent frisk u lqugħ mix‑xemx l‑aktar fis‑sajf, u spazju rikreattiv fejn kulħadd jista’ jgawdi s‑sbuħija tan‑natura kemm fl‑ambjent rurali kif ukoll f’dak urban…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Settembru 2017

  • Is‑Sibt 2 ta’ Settembru 2017, fis‑6:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil‑ftuħ tax‑xahar tal‑Ħolqien (Season of Creation) fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Il‑Ħadd 3 ta’ Settembru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti
    il‑pussess lil Patri Paul Attard OFM, bħala l‑kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa Madonna tas‑Sacro Cuor, tas‑Sliema…

  • Kompli aqra »

Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna waqqaf mill‑ġdid il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, u ħatar lill‑Perit Daniel Darmanin bħala President tal‑Kummissjoni għall‑perjodu ta’ tliet snin.

    Il‑Perit Darmanin, li għandu 33 sena, studja fl‑Università ta’ Malta u kompla l‑istudju tiegħu fl‑Università ta’ Loyola, Chicago, l‑Istati Uniti, fejn kiseb Masters fil‑Ġustizzja Soċjali u l‑Iżvilupp tal‑Komunità.

    Il‑Membri tal‑Kummissjoni jinkludu lis‑Sur Walance Buttigieg Scicluna, Dr Katrine Camilleri, Fr Mark Cachia SJ, Dr John Paul Cauchi, is‑Sinj…

  • Kompli aqra »

Messaġġ mill-Arċisqof lill-Kardinal DiNardo b’solidarjetà mar-residenti ta’ Texas fl-Istati Uniti

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna bagħat messaġġ lill-Eminenza Tiegħu l-Kardinal Daniel Nicholas DiNardo, Arċisqof tal-Arċidjocesi ta’ Galveston-Houston u President tal-Konferenza Episkopali tal-Istati Uniti, b’solidarjetà miegħu u mal-poplu ta’ Houston fl-Istat ta’ Texas. Dan wara li l-urugan Harvey qed joħloq ħerba fost ir-residenti tat-tieni l-akbar stat tal-Istati Uniti. L-Arċisqof Scicluna wiegħed lill-Kardinal DiNardo it-talb tiegħu u tal-poplu Nisrani f’Malta.    

  • Kompli aqra »

Ix-Xahar tal-Ħolqien 2017

L-attivitajiet qed jiġu organizzati mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent u Nature Trust Malta

  • Bejn l‑1 ta’ Settembru u l‑4 ta’ Ottubru li ġej, f’Malta u Għawdex ser jitfakkar ‘Ix‑Xahar tal‑Ħolqien fil‑Ħsieb Nisrani’ għas‑sena 2017. It‑tnedija ser issir nhar is‑Sibt 2 ta’ Settembru, mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, waqt Quddiesa Solenni fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fis‑6:00 p.m. Dan wara li nhar il‑Ġimgħa l‑1 ta’ Settembru, fil‑knejjes ta’ Malta u Għawdex, ikun sar talb għall‑kura tal‑ħolqien.

    Dan iż‑żmien speċjali jagħlaq il‑Ħadd l‑1 ta’ Ottubru, b’Quddiesa Solenni ċċelebrata mill-Isqof Mario Grech, fil‑Knisja tal‑Patrijiet Konventwali, Triq ir‑Repubblika, il‑Belt Valletta, fl‑10:30 a.m…

  • Kompli aqra »