Yearly Archives: 2017

“Ħadd mhu se jsir dixxiplu tal-kappillan, tal-isqof jew tal-Papa. Aħna rridu nsiru dixxipli ta’ Ġesù” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-pussess tal-kappillan il-ġdid tal-Imtarfa, Dun Rene Vella

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Parroċċa tal-Imtarfa

    28 ta’ Mejju 2017

    “Dak iż-żmien il-ħdax-il dixxiplu telqu lejn il-Galilija” (Mt 28, 16). Nafu x’kien ġara. Wieħed minnhom ittradixxa lill-Mulej, mar u tgħallaq u minn tnax saru ħdax. Għal ħafna żmien baqgħu jissemmew bħala “l-grupp tal-ħdax” sakemm imbagħad għażlu t-tnax-il wieħed li kien Mattija…

  • Kompli aqra »

Il-Papa f’Pentekoste: nies ġodda, qlub ġodda

  • Pope Francis celebrated Mass on Sunday, the Solemnity of Pentecost, in St. Peter’s Square.

    Before a crowd of scores of thousands of faithful – many of them pilgrims – gathered beneath a bright and nearly cloudless June sky, the Holy Father preached a homily that turned on two actions of the Holy Spirit, discernible in the readings of the day: He makes a new people and He gives each member of that people a new heart…

  • Kompli aqra »

“Id-don tal-Ispirtu s-Santu jagħti lill-Knisja l-qawwa li taħfer, il-qawwa li tgħaqqad l-umanità ma’ Alla” – L-Arċisqof

  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    4 ta’ Ġunju 2017

    “Ħudu l-Ispirtu s-Santu, dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura, u dawk li żżommuhomlhom ikunu miżmuma” (Ġw 20, 22-23). Fil-bidu tal-ministeru pubbliku tiegħu, Ġesù daħal f’konfront u f’konflitt mal-Fariżej għaliex lil wieħed żagħżugħ li kien paralizzat, mhux biss fejqu, imma l-ewwel li qallu kien “dnubietek maħfura”…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jiltaqa’ mat-tfal Taljani milquta mit-terremot

  • Is-Sibt, il-Papa Franġisku laqa’ fil-Vatikan numru ta’ tfal li ġejjin mill-bliet ta’ Norcia, Cascia, Accumoli, Amatrice, Arquata del Tronto, u Acquasanta – bliet li ġew iddevastati mis-serje ta’ terremoti li laqtu ċ-ċentru tal-Italja s-sena li għaddiet.

    It-tfal waslu Ruma permezz ta’ “ferrovija speċjali” biex jiltaqgħu mal-Papa Franġisku.

    Fis-sala Pawlu VI, il-Papa tkellem mat-tfal u qalilhom, “Jien qaluli li rrid nitkellem, imma jien inħobb nisma’”, waqt li stedinhom biex jirrakkuntawlu l-istejjer tagħhom…

  • Kompli aqra »

“M’hemmx għalfejn iċċarrar d-demm biex tkun xhud ta’ Ġesù” L-Arċisqof lill-adolexxenti li rċevew il-Griżma

L-Arċisqof jamministra l-għoti tas-Sagrament tal-Griżma lill-adoloxxenti tal-parroċċi tal-Belt u ta’ Ġesù Nazzarenu, Tas-Sliema

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, Valletta

    2 ta’ Ġunju 2017

    “Ħadd ma jista’ jgħid ‘Ġesù hu l-Mulej’ jekk mhux imqanqal mill-Ispirtu s-Santu” (1Kor 12, 3). Dan il-kliem qalu l-appostlu Missierna San Pawl f’ittra li kiteb lin-nies li kienu joqgħodu fil-belt ta’ Korintu ġewwa l-Greċja u għalhekk insejħulhom Korintin…

  • Kompli aqra »

Live: Quddiesa f’Għid il-Ħamsin

  • Għada, il-Ħadd, 2 ta’ Ġunju 2017, fid‑9:15 a.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna imexxi l-Quddiesa fis-Solennità ta’ Għid il-Ħamsin, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

  • Segwi ‘live’ fuq YouTube
  • Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-Parroċċa tal-Immakulata Omm il-Knisja, l-Ibraġ

    • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Blake Camilleri bħala kappillan tal‑Parroċċa tal‑Immakulata Omm il‑Knisja, l‑Ibraġ.

      Dun Blake Camilleri twieled fit‑8 ta’ Mejju 1984. Huwa rċieva l‑edukazzjoni tiegħu fl‑iskola ta’ Stella Maris f’Ħal Balzan u l‑edukazzjoni sekondarja fis‑Seminarju Minuri tal‑Arċisqof, Tal‑Virtù, ir‑Rabat. Kompla bl‑edukazzjoni terzjarja fil‑Fakultà tat‑Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl‑Università ta’ Malta, fejn studja wkoll it‑Teoloġija Pastorali.

      Dun Blake ġie ordnat saċerdot fit‑23 ta’ Ġunju 2010…

  • Kompli aqra »

€9,350 miġbura mill-Maltin għall-vittmi fis-Sirja

  • Permezz ta’ Caritas Malta, il-Maltin ġabru s-somma ta’ €9,350 sabiex imorru għall-vittmi f’Aleppo, is-Sirja.

    Caritas Malta kienet fetħet fond ta’ emerġenza biex l-għajnuna finanzjarja tintbagħat lill-Caritas Internationalis, li tgħin lill-vittmi ta’ Aleppo, speċjalment fejn hemm l-iktar bżonnijiet ta’ saħħa, ilma u sanità, sistema ta’ edukazzjoni u xelters għal dawk il-persuni li tilfu dak kollu li kellhom. 

    Min-naħa tagħha, Caritas Sirja se timplimenta programm ta’ sena li jinkludi salvataġġ ta’ ħajjiet ta’ persuni…

  • Kompli aqra »

“Għandna nafdaw bl-istess fidi sempliċi ta’ San Franġisk u ta’ Santa Ġjaċinta ta’ Fatima” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Festa tal-Madonna ta’ Fatima fil-Knisja Parrokkjali ta’ Gwardamanġa

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Quddiesa tal-festa tal-Madonna ta’ Fatima, Gwardamanġa

    28 ta’ Mejju 2017

    Il-festa ta’ din is-sena tagħtina l-okkażjoni biex nirriflettu b’mod profond fuq il-messaġġ li Sidtna Marija xtaqet tafda lit-tliet ragħajja ta’ Fatima.

    Jiena nixtieq nissuġġerixxi ftit ħsibijiet u nixtieq ukoll ngħaddihom lil din il-parroċċa hi u tiċċelebra l-bidu tal-Ġublew tad-Deheb…

  • Kompli aqra »

Filmat: Kunċert mill-kor personali tal-Papa Franġisku

  •  
  • Il‑kor Cappella Musicale Pontificia Sistina, il‑kor personali tal‑Papa, ser jagħti kunċert ta’ mużika sagra bl-isem ‘Exsultate Deo’, nhar il‑Ġimgħa, 9 ta’ Ġunju, fis‑7:30 p.m., fil‑KonKatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din hija opportunità unika għal kull min jixtieq jattendi kunċert mill‑kor tal‑Papa, l-iktar kor antik fid-dinja, li huwa responsabbli mill‑akkumpanjament mużikali tac‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi ppreseduti mill‑Papa Franġisku.

    Ir‑repertorju tal‑kunċert f’Malta jikkonsisti f’siltiet mużikali ta’ kompozituri Ewropej tas-seklu 16, li huma magħrufa l‑iktar għall‑mużika sagra…

  • Kompli aqra »