Yearly Archives: 2017
Kungress internazzjonali dwar kif l-internet jista’ jkun post sigur għat-tfal
01/06/2017-
Kungress dwar il-ġlieda kontra l-abbuż u l-isfruttar sesswali tat-tfal onlajn, se jiġi organizzat mill-Università Pontifiċja Gregorjana, f’Ruma.
Bl-isem ta’ “Child Dignity in the Digital World”, il-kungress se jitmexxa mill-Professur Hans Zollner SJ, li jieħu ħsien iċ-Ċentru tal-Ħarsien tat-Tfal fi ħdan l-istess università, u se jkun qed jeżamina formi ġodda ta’ abbuż fuq it-tfal fid-dinja diġitali, ir-riskji u l-isfidi tagħhom kif ukoll l-impatt fuq id-dinjità tat-tfal…
“F’qalbhom, iż-żgħażagħ tagħna għandhom il-ħuġġieġa tal-fidi?” – L-Arċisqof
L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni tal-425 sena mit-twaqqif tal-parroċċa ta' Ħal Kirkop
31/05/2017- Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
L-425 anniversarju mit-twaqqif tal-Parroċċa, Ħal Kirkop
29 ta’ Mejju 2017
“Iżda jien, għażilt lilkom u ħtartkom biex tmorru tagħmlu l-frott”. Dak li qegħdin niċċelebraw illejla proprju fil-ġurnata tad-29 ta Mejju 1592, jiġifieri 425 sena ilu – ħafna minnkom, jew uħud minnkom, jiftakru wkoll l-400 anniversarju fl-1992 li tiegħu hemm irħama kommemorattiva mal-koxxa tal-ġenb tal-knisja – dak li qegħdin niċċelebraw huwa proprju l-mument meta l-Mulej għażilkom iżjed minn 400 sena ilu, biex intom tkunu xhieda tal-imħabba tiegħu…
Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Ġunju 2017
31/05/2017-
Il‑Ġimgħa 2 ta’ Ġunju 2017, fis‑6:30 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti tal‑Parroċċi tal‑Belt u tal‑Parroċċa ta’ Ġesù Nazzarenu (Tas‑Sliema), fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.
Is‑Sibt 3 ta’ Ġunju, fl‑4:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti fil‑Parroċċa Marija Bambina, il‑Mellieħa.
Il‑Ħadd 4 ta’ Ġunju, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis‑Solennità ta’ Għid il‑Ħamsin, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta…
Politiku Indjan jipproponi li l-Knisja għandha tħallas il-flus għall-ħelsien ta’ Fr Tom
31/05/2017-
Membru tal-Assemblea Leġiżlattiva Indjana qed iħeġġeġ lill-Knisja sabiex tiġbor somma flus u jinħeles Father Tom Uzhunnalil, is-saċerdot li ilu sena li nħataf mit-terroristi waqt li kien qed jgħin lill-foqra fil-Jemen.
Il-membru leġiżlattiv, P.C. George wera t-tħassib tiegħu dwar il-ħtif ta’ Fr Tom u qal li t-talb u l-kliem huma l-unika azzjoni li ttieħdet sa issa sabiex jinħeles, u dan meta t-terroristi jridu biss flus…
Għaliex in-nisa mhux jagħżlu l-adozzjoni u kif dawk favur il-ħajja jistgħu jbiddlu dan il-ħsieb
30/05/2017-
At 21 years old, Millie Lopus was pregnant and scared. A rising college senior at Loyola University Maryland, she was being pressured into having an abortion by her ex-boyfriend, the father of the child.
But after he drove Millie to a nearby Planned Parenthood to set up an abortion appointment, she recalled having “a sliver of grace,” and she “did not set up an appointment that day.”
“I chose instead to go through with the pregnancy,” she recalled, and gave the baby up for adoption…
Il-Papa Franġisku jiltaqa’ mal-Prim Ministru Kanadiż
30/05/2017-
It-Tnejn, il-Papa Frnaġisku ltaqa’ mal-Prim Ministru Kanadiż, Justin Trudeau, u ma’ martu, Sophie Gregoire-Trudeau, f’udjenza privata fil-Vatikan.
Stqarrija mis-Santa Sede ddeskriviet id-diskussjonijiet bħala “kordjali”.
“Issemmgħu r-relazzjonijiet bilaterjali u tajbin bejn is-Santa Sede u l-Vatikan, kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-Knisja Kattolika fil-ħajja soċjali tal-Kanada. Iż-żewġ naħat imbagad iffukaw it-taħdidiet fuq temi bħall-integrazzjoni u r-rikonċiljazzjoni, kif ukoll fuq il-libertà reliġjuża u kwistonijiet etiċi.”
L-istqarrija tgħid ukoll li, “fid-dawl tar-riżultati li ħarġu mis-summit tal-G7, l-attenzjoni daret fuq diversi kwistjonijiet ta’ natura internazzjonali, fosthom il-Lvant Nofsani u ż-żoni mifnija bil-kunflitti.”
Justin Trudeau imbagħad iltaqa’ mal-Kardinal Petro Parolin, is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, u mal-Arċisqof Paul Richard Gallagher, is-Segretarju tar-Relazzjonijiet mal-Pajjiż…
Pirates of the Caribbean: Salazar’s Revenge
30/05/2017-
*****
Diretturi: Joachim Rònning u Espen Sandberg
Atturi: Johnny Depp, Javier Bardem, Brenton Thwaites, Kaya Scodelario, Kevin McNally u Geoffrey Rush
Ħin tal-Film: 129 min
Maħruġ minn KRS Releasing Ltd
KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A
KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12
Jack Sparrow kien għaddej minn żmien ħażin. Fost il-ħafna taħwid li kellu, sab ruħu wiċċ imb wiċċ mal-ikbar għadu li qatt kellu: Il-Kaptan Salazar…
“Il-parroċċa trid tlaqqa’ n-nies ma’ Ġesù u tistedinhom biex ħajjithom tkun għatba għall-ġenna” – L-Arċisqof lill-komunità Tarxiniża
L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni tal-425 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa tal-Lunzjata f'Ħal Tarxien
29/05/2017- Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Knisja Parrokkjali, Ħal Tarxien
27 ta’ Mejju 2017
Huwa ta’ ferħ kbir għalija li nkun hawnhekk fostkom f’din il-lokalità tant antika li tat uħud mill-eqdem monuMenti li għandna f’pajjiżna. Taf ukoll l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni li juri l-kultura kbira li raw dawn il-gżejjer, mhux neċessarjament missierijietna, għax matul is-sekli l-popolazzjonjiet marru u ġew, imma din l-art imbierka b’imqades ta’ qima, fosthom dan it-tempju sabiħ li intom tant tqisu bħala d-dar tal-parroċċa, il-knisja parrokkjali…
Servizz Ekumeniku għal żmien Pentekoste
29/05/2017-
Bħalma jsir kull sena, qabel jew wara l-festa ta’ Pentekoste jittella’ servizz ekumeniku. Din is-sena, dan se jsir nhar il-Ħamis, 1 ta’ Ġunju 2017, fil-knisja tat-Trinità, il-Marsa, fis-6:30pm.
It-tema hija “We believe in the Holy Spirit, the Lord, the giver of life” are one in the Spirit” – Aħna nemmnu fl-Ispirtu s-Santu, il-Mulej, li jagħti l-ħajja.
Iċ-ċelebrazzjoni se titmexxa mill-Provinċjal tal-Kapuċċini, Fr Martin Micallef, waqt li l-ħsieb tal-okkażjoni se jsir minn Rev…