• Bħalma jsir kull sena, qabel jew wara l-festa ta’ Pentekoste jittella’ servizz ekumeniku. Din is-sena, dan se jsir nhar il-Ħamis, 1 ta’ Ġunju 2017, fil-knisja tat-Trinità, il-Marsa, fis-6:30pm.

    It-tema hija “We believe in the Holy Spirit, the Lord, the giver of life” are one in the Spirit” – Aħna nemmnu fl-Ispirtu s-Santu, il-Mulej, li jagħti l-ħajja.

    Iċ-ċelebrazzjoni se titmexxa mill-Provinċjal tal-Kapuċċini, Fr Martin Micallef, waqt li l-ħsieb tal-okkażjoni se jsir minn Rev. Kim Hurst mill-knisja ta’ St Andrew’s Scots’.

    Dan is-servizz ekumeniku hu organizzat minn Christians Together in Malta (Malta Ecumenical Council) flimkien mal-Kummissjoni Diocesana Ekumenika.

    Kulħadd hu mistieden.