Yearly Archives: 2017

Talb għall-Elezzjoni Ġenerali 2017

  • Bħal ma jsir f’kull Elezzjoni Ġenerali, il-Kurja Arċiveskovili ppublikat din iċ-Ċirkolari għas-saċerdoti u għar-reliġjużi kollha fl-Arċidjoċesi ta’ Malta.

    Biex is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha jkunu jistgħu jaqdu dejjem tajjeb il-missjoni tagħhom fil-Knisja u fis-Soċjetà, u jibqgħu dejjem sinjal u strument ta’ għaqda u mħabba fil-komunità, Monsinjur Arċisqof jixtieq ifakkarhom li: 

    1. F’ebda żmien m’għandhom jattendu meetings u attivitajiet oħra politiċi…
  • Kompli aqra »

Il-messaġġ għall-Jum Dinji tal-Vokazzjonijiet 2017

  • In the message for this 54th World Day of Prayer for Vocations, the Pope reflects on the missionary dimension of our Christian calling. 

    The Holy Father says that “commitment to mission is not something added on to the Christian life as a kind of decoration, but is instead an essential element of faith itself.  A relationship with the Lord,” he adds, “entails being sent out into the world as prophets of his word and witnesses of his love.”

    Even if at times when “we are conscious of our weaknesses and tempted to discouragement”, Pope Francis underlines,  “we need to turn to God with confidence”, and he reiterates that, by “virtue of baptism, every Christian is a “Christopher”, a bearer of Christ, to his brothers and sisters.”

    In the message divided into three subtitles, the first being “Jesus is anointed by the Spirit and sent”, the Holy Father explains that, “to be a missionary disciple means to share actively in the mission of Christ.”

    In the second heading, “Jesus is at our side every step of the way”, Pope Francis describes how “the questions lurking in human hearts and the real challenges of life can make us feel bewildered, inadequate and hopeless.”  But he goes on to say, “if we contemplate the risen Jesus walking alongside the disciples of Emmaus we can be filled with new confidence.” 

    In the third subtitle, “Jesus makes the seed grow”, the Pope says that, “it is important to let the Gospel teach us the way of proclamation.”  “The seed of the Kingdom”, he adds, “however tiny, unseen and at times insignificant, silently continues to grow, thanks to God’s tireless activity.” 

    Concluding his message the Holy Father underlines that, “there can be no promotion of vocations or Christian mission apart from constant contemplative prayer and he encourages this kind of profound friendship with the Lord, “above all for the sake of imploring from on high new vocations to the priesthood and the consecrated life.”

    The 2017 World Day of Prayer for Vocations will be celebrated on May 7th…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Mejju

  • San Ġwann 6:60-69

    Ħafna dixxipli tiegħu, meta semgħuh, qalu: “Iebes dan il-kliem! Min jiflaħ jisimgħu?”  Ġesù ntebaħ waħdu li d-dixxipli tiegħu kienu qegħdin igergru fuq hekk, u qalilhom: “Dan il-kliem qiegħed ifixkilkom?  Mela xi tgħidu kieku kellkom taraw lil Bin il-bniedem tiela’ fejn kien qabel? Hu l-ispirtu li jagħti l-ħajja, il-ġisem ma jiswa għal xejn. Il-kliem li jiena għedtilkom huwa spirtu u ħajja. Iżda hemm xi wħud fostkom li ma jemmnux.” Għaliex Ġesù kien jaf sa mill-bidu min kienu dawk li ma emmnux u min kien dak li kellu jittradih…

  • Kompli aqra »

Programm taċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta’ San Ġorġ Preca 2017

  • Nhar it-Tlieta li ġej, 9 ta’ Mejju 2017, il-Knisja f’Malta tiċċelebra l-festa tal-ewwel qaddis Malti, San Ġorġ Preca. 

    16-il sena ilu, fid-9 ta’ Mejju 2001, il-Fosos tal-Furjana kienu ppakkjati bin-nies, ilkoll preżenti għall-beatifikazzjoni ta’ San Ġorġ Preca, li sitt snin wara waslitu għall-kanonizzazzjoni. 

    Għal din l-okkażjoni, fil-Kappella tal-Madonna tal-Midalja Mirakoluża (il-Kappella tal-MUSEUM), il-Blata l-Bajda se jsiru dawn iċ-ċelebrazzjonijiet:

    Il-Ġimgħa 5 ta’ Mejju 6:00pm – Quddiesa tal-Ewwel Jum tat-Tridu, iċċelebrata minn Dun Andrew Borg…

  • Kompli aqra »

L-ewwel konferenza organizzata mill-Malta Catholic Youth Network

  • Mil‑lum, il‑Ġimgħa 5 ta’ Mejju, sal‑Ħadd 7 ta’ Mejju 2017, il‑Malta Catholic Youth Network (MCYN) qed torganizza konferenza għall‑youth leaders bl‑isem ta’ ‘Plexus’, fil-kunvent tal‑iskola ta’ Sant’Agata, ir‑Rabat.

    Il‑Malta Catholic Youth Network (MCYN) hi kummissjoni ġdida fi ħdan il‑Knisja f’Malta li tagħti leħen liż‑żgħażagħ, u li tieħu ħsieb tikkordina u tħeġġeġ il‑ħidma pastorali fost iż‑żgħażagħ. L‑MCYN hija mmexxija mid‑delegat tal‑Arċisqof għaż‑żgħażagħ, Benjamin Flores Martin…

  • Kompli aqra »

Il-mument l-iktar qawwi ta’ libertà reliġjuża

  • Il-qawmien ta’ Ġesù Kristu mill‑mewt joffri opportunità għalina lkoll, l-opportunità ta’ ħajja ġdida u eterna. Dan jiddependi minn kemm aħna lesti nħallu lil Ġesù jgħammar f’qalbna. Fil‑messaġġ tiegħu għall‑Għid, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jħeġġiġna biex ma nibżgħux niftħu qalbna għal Ġesù. Il‑Mulej Ġesù hu umli u dejjem jistedinna: “Ejjew u taraw” (Ġw1, 39).

    Minkejja r‑rebħa tiegħu fuq id‑dnub u l‑mewt, Ġesù xorta jħallina liberi nagħżlu jekk nimxux warajh jew niċħduh…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Mejju

  • San Ġwann 6:52-59
    Fuq hekk il-Lhud tlewwmu bejniethom, u bdew jgħidu: “Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh?”

    Ġesù mela qalilhom: “Tassew tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux il-ġisem ta’ Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom.  Min jiekol ġismi u jixrob demmi għandu l-ħajja ta’ dejjem, u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum.  Għax ġismi huwa tassew ikel, u demmi hu tassew xorb…

  • Kompli aqra »

“Il-Mulej iċanfar il-fidi li titlob kontinwament is-sinjali” – L-Arċisqof

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • It-Tielet Erbat tal-Madonna tal-Karmnu, l-Imdina

    3 ta’ Mejju 2017

    Il-kliem li għadna kemm smajna jinstemgħu bħala ċanfira ħelwa lil Filippu. Illum qegħdin nagħmlu l-festa flimkien mal-appostlu l-ieħor Ġakbu ż-żgħir. “Ili daqshekk magħkom u inti, Filippu, għadek ma għaraftnix?” (Ġw 14, 9).

    Ippermettuli napplika dan il-kliem ta’ Ġesù li jinstema’ bħala ċanfira ħelwa għalina…

  • Kompli aqra »

Il-Papa lis-Segretarjat tal-Komunikazzjoni: Ir-riforma tal-midja hi irriversibbli

  • Għalkemm is-Segrertarjat tal-Komunikazzjoni hu fost l-iżgħar dipartimenti fi ħdan il-Vatikan, għaliex beda jaħdem sentejn ilu, irnexxielu jbiddel il-mod ta’ kif taħdem il-midja tas-Santa Sede, ħaġa li kien il-Papa stess li wera din ix-xewqa.   Il-Papa Franġisku qal: “Intom (għas-Segretarjat tal-Komunikazzjoni) realtà ġdida li qed timxi ‘l quddiem b’passi irriversibbli. Fil-każ tagħkom, mhuwiex biss il-każ li tikkordinaw jew tgħaqqdu d-dekasteri flimkien, iżda li tibnu mill-ġdid istituzzjoni tajba u li taħdem…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur lir-residenti ta’ San Blas u jitlob għat-traffikanti tad-droga biex jikkonvertu

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna żar lir‑residenti taċ‑Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas, limiti ta’ Ħaż‑Żebbuġ. L‑Arċisqof iltaqa’ personalment mar‑residenti ta’ San Blas li qed jagħmlu wieħed mit‑tliet programmi għar‑rijabilitazzjoni mid‑droga, offruti mill‑Knisja f’Malta permezz tal-Caritas.

    Huwa ġie milqugħ mill‑Vigarju Episkopali għad‑Djakonija, Mons. Charles Cordina, mid‑Direttur ta’ Caritas Malta, Leonid McKay, mill‑Kordinatur tas‑Servizzi, is‑Sur Anthony Gatt, u mill‑istaff kollu ta’ San Blas…

  • Kompli aqra »