Yearly Archives: 2017

X’inhuma t-tliet sigrieti ta’ Fatima?

  • Il-ġimgħa d-dieħla se jiġu mfakkra l-100 sena mill-ewwel dehriet tal-Madonna ġewwa Fatima. Waqt dawn id-dehriet, li saru bejn Mejju u Ottubru tal-1917, il-Verġni Marija qasmet tliet sigrieti mat-tliet itfal ragħajja Lucia dos Santos u l-kuġini tagħha Francesco u Giacinta Marto.   L-ewwel sigriet kien id-dehra tal-infern, immaġina li xxokkjat lit-tfal ċkejkna. Minn dakinhar, bdew jitolbu għall-konverżjoni tal-midinba. Għalkemm dik id-dehra damet biss ftit sekondi, kienet qawwija biżżejjed biex ma jinsewha qatt…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Mejju

  • San Ġwann 6:44-51

    Ħadd ma jista’ jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja; u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Hemm miktub fil-Profeti, ‘U kulħadd ikun mgħallem minn Alla.’ Mela kull min jisma’ lill-Missier u jitgħallem minnu jiġi għandi. Mhux għax xi ħadd qatt ra lill-Missier ħlief dak li hu minn Alla; hu dan li ra lill-Missier.

    Tassew tassew ngħidilkom, min jemmen għandu l-ħajja ta’ dejjem…

  • Kompli aqra »

Nofstanhar ta’ logħob u attivitajiet għat-tfal fis-Seminarju

  • Nhar it-Tnejn, l-1 ta’ Mejju 2017, fis-Seminarju tal-Arċisqof ittellgħet l-attività Preca May Day Call, waħda miż-żewġ attivitajiet ippjanati għall-ġimgħa tal-vokazzjonijiet.

    L-attivitajiet  li saru kienu jinkludu sport, drama, tpinġija, qari ta’ stejjer, logħob bil-kompjuter u anke diskussjonijiet, kollha jduru mal-ħajja tas-saċerdot u qaddis Malti San Ġorġ Preca. 

    Filgħodu żar l-attività l-Arċisqof Charles J. Scicluna, fejn kellu wkoll l-opportunità jiltaqa’ mat-tfal u anke jiċċelebra Quddiesa fil-kappella tas-Seminarju…

  • Kompli aqra »

Il-Palazz tal-Arċisqof fil-Belt Valletta jattira aktar minn 3,600 viżitatur

  • Aktar minn 3,600 persuna żaru l-Palazz tal-Arċisqof fil-Belt Valletta, waqt il-Valletta Green Festival, organizzat mill-Fundazzjoni Valletta 2018, bejn it-28 u t-30 ta’ April 2017.

    Il-viżitaturi ngħataw l-opportunità unika li jżuru l-parti sotterranja u jammiraw il-ġnien pittoresk tal-Palazz, bil-funtana tiegħu tmur lura għas-seklu 17. Id-dħul għall-Palazz tal-Arċisqof kien bla ħlas, bil-ġurnata tal-Ħadd kienet l-aktar impenjattiva, hekk kif marru jżuruh aktar minn 1,000 persuna…

  • Kompli aqra »

Sejħa biex jinstabu toroq ġodda għal aktar inklużjoni soċjali

  • L-Akkademja Pontifiċ`ja tax-Xjenzi Soċ`jali, temmet l-assemblea plenarja bl-għajta li għandha tittieħed azzjoni biex ikun hemm inklużjoni tal-persuni mwarrba mis-soċjetà.

    Is-sessjoni plenarja kienet maqsuma fuq ħamest ijiem u t-tema kienet: “Lejn Soċjetà Parteċipattiva: Toroq Soċjali u Kulturali Ġodda għall-Integrazzjoni”.

    Il-messaġġ tal-Papa Franġisku offra linji gwida għal tul is-sessjoni plenarja. Filwaqt li fakkar dwar il-bidliet u anke l-battalji li l-ħaddiema għaddew minnhom fl-aħħar mitejn sena sabiex jikisbu d-drittijiet tagħhom, il-Papa enfasizza li “dawk il-battalji ma spiċċawx” u sejjaħ biex id-dinja timxi fuq viżjoni ġdida li fil-bażi tagħha jkun hemm il-valur tal-fraternità…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Mejju

  • San Ġwann 14:6-14 

    Wieġbu Ġesù: “Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi. Kieku għaraftu lili, kontu tagħrfu wkoll lil Missieri. Minn issa ‘l quddiem tagħrfuh, anzi diġà rajtuh.”

    Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina.”

    Ġesù wieġeb: “Ili daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma għaraftnix? …

  • Kompli aqra »

Il-Papa: il-fraternità tista’ toħloq soċjetà ġusta b’dinjità għal kulħadd

  • On May 1st the Church  remembers Saint Joseph the worker, a day marked across the globe as International Labour Day.

    Pope Francis’ thoughts in these days go especially towards young people as expressed in his May 1st tweet: “May Saint Joseph give young people the ability to dream, to take risks for big tasks, the things that God dreams for us,” many of whom are faced with unprecedented high rates of unemployment and socio-financial difficulties…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Mejju

  • San Ġwann 6:30-35

    Qalulu: “X’sinjal se tagħmel biex aħna narawh u nemmnuk? X’sejjer tagħmel? Missirijietna kielu l-manna fid-deżert, bħalma hemm miktub, ‘Tahom jieklu ħobż mis-sema.’ ” Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, mhux Mosè takom il-ħobż mis-sema, iżda Missieri jagħtikom il-ħobż tassew mis-sema; għaliex il-ħobż ta’ Alla huwa dak li jinżel mis-sema u jagħti l-ħajja lid-dinja.”

    “Sinjur,” qalulu huma, “agħtina dejjem minn dan il-ħobż.” Weġibhom Ġesù: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja…

  • Kompli aqra »

“Waħda mill-kriżijiet tal-edukazzjoni llum hija li s-studenti ma jaċċettawx l-awtorità u l-korrezzjoni tal‑għalliema” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkazjoni tal-festa ta' San Ġużepp Ħaddiem

  • Nhar is-Sibt, 29 ta’ April 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fl-okkazjoni tal-festa ta’ San Ġużepp, fil-knisja ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirara. Għal din il-Quddiesa ġew mistiedna l-għalliema tar-Reliġjon, kif ukoll membri tac-Chaplaincy Teams tal-iskejjel f’Malta.  
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  •  Knisja San Ġuzepp Ħaddiem, Birkirkara

    29 ta’ April 2017

    “Mulej int tgħallimni t-triq tal-ħajja” (S 15, 11)…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Mejju

  • San Ġwann 6:22-29

    L-għada, in-nies li kienu għadhom in-naħa l-oħra tal-baħar raw li hemmhekk ma kienx hemm ħlief dgħajsa waħda u li Ġesù ma kienx tela’ fiha mad-dixxipli tiegħu, imma li d-dixxipli kienu marru weħidhom. Mela waslu xi dgħajjes oħra minn Tiberija qrib fejn kienu kielu l-ħobż wara li l-Mulej kien radd il-ħajr. Iżda n-nies, meta raw li fuqhom la kien hemm Ġesù u lanqas id-dixxipli tiegħu, telgħu fuq id-dgħajjes u marru lejn Kafarnahum ifittxu lil Ġesù…

  • Kompli aqra »