• Nhar it-Tnejn, l-1 ta’ Mejju 2017, fis-Seminarju tal-Arċisqof ittellgħet l-attività Preca May Day Call, waħda miż-żewġ attivitajiet ippjanati għall-ġimgħa tal-vokazzjonijiet.

    L-attivitajiet  li saru kienu jinkludu sport, drama, tpinġija, qari ta’ stejjer, logħob bil-kompjuter u anke diskussjonijiet, kollha jduru mal-ħajja tas-saċerdot u qaddis Malti San Ġorġ Preca. 

    Filgħodu żar l-attività l-Arċisqof Charles J. Scicluna, fejn kellu wkoll l-opportunità jiltaqa’ mat-tfal u anke jiċċelebra Quddiesa fil-kappella tas-Seminarju.

    Għal dan in-nofstanar ta’ attivijiet ġew mistiedna l-abbatini kollha ta’ Malta, il-membri taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet u l-istudenti tal-iskola tas-Seminarju.

    It-tieni attività, Auda-City, marbuta mal-ġimgħa tal-vokazzjonijiet, se tkun mifruxa fuq tliet ijiem, mill-Ġimgħa filgħaxija 5 ta’ Mejju sal-Ħadd 7 ta’ Mejju, fuq iz-zuntier tal-Mosta.

  • Ritratti: Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù