Ragħajja skont qalbu
31/01/2018-
Il‑Papa Franġisku jgħid: “Il‑Knisja tibqa’ ħajja daqskemm tikber il‑qdusija ta’ Alla fil‑membri tagħha.” F’persuni bħall‑Isqof Adeodato Micallef, l‑Isqof Sylvester Carmelo Magro u l‑Isqof Emanuel Barbara, li lkoll għaddew għall-ħajja tad-dejjem f’Jannar, dehret tassew is‑sbuħija u l‑veru kobor tal‑Knisja. Huma kienu tliet ragħajja Maltin li taw ħajjithom għall‑merħla fdata lilhom.
Dawn “il-martri mingħajr iċ‑ċarċir ta’ demm”, kif qal l-Arċisqof Charles J. Scicluna, huma ragħajja li, anke f’mumenti ta’ periklu u theddida, b’umiltà u sagrifiċċju kbir baqgħu sal‑aħħar qrib nieshom…