“Agħti ħajtek, fittex li l-kelma tiegħek iġġib l-għaqda fil-verità u fil-karità” – L-Arċisqof lill-erba’ djakni ġodda
L-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa u jordna erba' djakni ġodda
22/04/2018- L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina
22 ta’ April 2018L-Evanġelju li għadna kemm smajna f’dan ir-Raba’ Ħadd tal-Għid, li huwa magħruf bħala l-Ħadd tar-Ragħaj it-Tajjeb, Ġesù juża’ din l-espressjoni sabiħa u profonda diversi drabi.
Diversi drabi Ġesù jgħid: “Jiena r-ragħaj it-tajjeb” (Ġw 10:11). Il-kelma ‘tajjeb’ fil-Grieg oriġinal tfisser ‘tajjeb’ u tfisser ukoll ‘sabiħ’…