Arkivji mensili: April 2018

L-Alfabett tal-Ħolqien

Messaġġ mill-Arċisqof Charles J. Scicluna għall-Magażin Flimkien

  • Fl-alfabett tal-ħolqien it-tfal huma rigal prezzjuż. Fit-tradizzjoni qawwija, mhux biss tar-reliġjon imma anke tal-kultura tagħna, il-poplu Malti u Għawdxi dejjem laqa’ t-tfal bħala rigal kbir tal-Ħallieq.

    Ix-xewqa għat-tfal hija xewqa qaddisa, u dak kollu li nistgħu nagħmlu biex ngħinu lill-koppji li ma jistax ikollhom tfal biex ikunu jistgħu jħaddnu l-ulied huwa ta’ min ifaħħru u jbierku. Il-Knisja dejjem tat l-appoġġ tagħha lix-xjenza li minflok tieħu post il-proċess naturali tat-tnissil, tipprova tiffaċilitah…

  • Kompli aqra »

Ħajja mġedda

  • Kull sena, ir-rebbiegħa tfakkarna kif il-ħajja dejjem tirbaħ fuq il-mewt. L-istess nistgħu ngħidu għal żmien l-Għid. Il-Knisja tiġġedded fiha nnifisha permezz taċ-ċelebrazzjoni tal-qawmien ta’ Ġesù Kristu mill-imwiet. Ir-rebħa tiegħu fuq il-mewt iġġib tama, ferħ u paċi fost l-Insara kollha. 

    Fil-messaġġ tiegħu għall-Għid, l-Arċisqof Charles J. Scicluna jħeġġiġna biex nikkonvertu dan il-ferħ f’impenn kontinwu li jġib tama u ferħ lin-nies kollha ta’ madwarna…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof ser jordna erba’ djakni ġodda

  • Erba’ żgħażagħ ser jiġu ordnati djakni mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna nhar il‑Ħadd, 22 ta’ April 2018, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina, fid‑9am. L‑erba’ żgħażagħ li ser jiġu ordnati djakni huma:


    • Peter Ellul mill‑Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta
    • Jean Gové mill‑Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s‑Sema, il‑Mosta
    • Aayrton Ray Muscat mill‑Parroċċa ta’ Santa Luċija V.M., l‑Imtarfa
    • Matthew Pulis mill‑Parroċċa tal‑Familja Mqaddsa, l‑Iklin

    Kulħadd huwa mistieden biex jattendi għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑ordinazzjoni u biex jitlob għal aktar vokazzjonijiet u għall‑qdusija tal‑kleru, speċjalment għal dawk li ser jiġu ordnati djakni nhar il-Ħadd…

  • Kompli aqra »

Mixja favur il-ħajja

  • Il-Maltin u l-Għawdxin kollha li jgħożżu l-valur tal-ħajja umana huma mistiedna sabiex nhar il-Ħadd, 22 ta’ April, jingħaqdu mal-Life Network Foundation għal dimostrazzjoni favur il-ħajja.  Ħin: Mill-4pm sal-5:30pm Post: Pjazza Kastilja, il-Belt Valletta Aktar dettalji: Life Network Foundation Malta
  • Kompli aqra »

Live: Polza tal-għażla għal Kinder 2 bniet u subien – Dħul 2018

  • L-Erbgħa, 18 ta’ April 2018, tista’ ssegwi ‘live’ t-tlugħ tal-polza tal-għażla għal Kinder 2 fl-iskejjel tal-Knisja għal studenti bniet u subien, fl-Istitut tal-Azzjoni Kattolika, il-Furjana.

    Il-polza tas-subien tibda fid-9am u dik tal-bniet f’12pm.

  • Segwi ‘live’ l-polza tas-subien
  • 
  • Segwi ‘live’ l-polza tal-bniet
  • 
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ April

  • L-Erbgħa tat-Tielet Ġimgħa tal-Għid

    San Ġwann 6:35-40 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ, u min jemmen fija ma jkun qatt bil-għatx! Imma jiena ġa għedtilkom li, għalkemm rajtuni, ma emmintux.

    Dawk kollha li jagħtini Missieri jiġu għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx ’il barra; għax jiena nżilt mis-sema mhux biex nagħmel ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta’ min bagħatni…

  • Kompli aqra »

“Is it possible to have political Christian action?”

Gaudium et Spes Lecture 2018

    • A few months ago, Pope Francis stated that we cannot improve our political landscape by observing and judging from afar: it requires personal involvement, which should always be done in a spirit of charity and helpfulness. “Try to act personally instead of just looking and criticizing the work of others from the balcony,” the Pope said during a pastoral visit to Cesena in October 2017…

  • Kompli aqra »

“Ma nistgħux naħdmu għall-ġustizzja f’kull ambjent u nippretendu li ma jkollniex it-taħbit u t-tiġrib, u dan m’għandux jaqtgħalna qalbna!” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f'għeluq is-sitt xahar mill-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Knisja ta’ San Franġisk ta’ Assisi, il-Belt Valletta 16 ta’ April 2018

    L-Evanġelju li għadna kemm smajna jibda b’riferiment ta’ xi ħaġa li għamel Ġesù u li fiha sinifikat profond: Ġesù mexa fuq il-baħar. Il-baħar fl-Iskrittura huwa ħafna drabi element negattiv u ta’ periklu. Il-mixja ta’ Ġesù fuq il-baħar hija din il-kapaċità li tegħleb dak kollu li huwa negattiv u kaotiku; hija din il-qawwa li ġġib ordni u paċi…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ April

  • It-Tlieta tat-Tielet Ġimgħa tal-Għid

    San Ġwann 6:30-35

    F’dak iż-żmien, in-nies staqsew lil Ġesù: “X’sinjal se tagħmel biex aħna narawh u nemmnuk? X’sejjer tagħmel? Missirijietna kielu l-manna fid-deżert, bħalma hemm miktub: “Tahom jieklu ħobż mis-sema”.

    Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, mhux Mosè takom il-ħobż mis-sema, iżda Missieri jagħtikom il-ħobż tassew mis-sema; għaliex il-ħobż ta’ Alla huwa dak li jinżel mis-sema u jagħti l-ħajja lid-dinja”…

  • Kompli aqra »