Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Lulju 2018
30/06/2018-
Il‑Ħadd 1 ta’ Lulju 2018, fl‑9:45 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa li matulha jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti fil‑parroċċa ta’ Marija Addolorata, San Pawl il‑Baħar.
L‑Erbgħa 11 ta’ Lulju, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ San Benedittu, fil‑Monasteru ta’ San Pietru, l‑Imdina.
Il‑Ġimgħa 13 ta’ Lulju, fis‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jinawgura ċentru tad‑duttrina fil‑parroċċa ta’ San Ġużepp, l‑Imsida…