Arkivji mensili: Lulju 2018

Jitwaqqaf il-Catholic Voices Malta

  • Catholic Voices Malta qed jingħaqad man-netwerk internazzjonali ta’ Catholic Voices li llum huwa mifrux f’21 pajjiż madwar id-dinja kollha. Dan wara taħriġ li ngħata lil madwar 25 persuna lajċi.

    Dan il-grupp għadu kif temm programm ta’ taħriġ bl-għajnuna ta’ Catholic Voices UK. Il-grupp jinkludi avukati, min jieħu ħsieb id-dar, membri tal-professjoni medika, edukaturi, intraprendituri, social worker, periti u psikologi fost l-oħrajn…

  • Kompli aqra »

Titgħallem ‘tħobb lill-proxxmu’ f’kamp tax-xogħol Sovjetiku

  • “I can honestly say that the labor camp was the best place to understand what ‘love your enemy’ really means,” said Myroslav Marynovych, a Ukrainian Catholic who spent seven years in a Soviet gulag in the Perm region of Russia.

    After receiving the 2018 Charles J. Chaput Award at the Napa Institute conference this month, Marynoych explained to CNA how the gospel came to life for him in the gulag, and how a stint in solitary confinement led him to write a letter to St…

  • Kompli aqra »

Il-programm tal-ordinazzjoni episkopali ta’ Mons. Joseph Galea-Curmi

  • Il‑Ġimgħa, 3 ta’ Awwissu 2018 ‑ Velja ta’ talb fil‑knisja parrokkjali ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara

    7:30 p.m.        L‑Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi velja ta’ talb bi tħejjija għall‑Ordinazzjoni Episkopali tal‑Isqof Awżilarju l‑ġdid ta’ Malta. Matul il‑velja, Mons. Joseph Galea‑Curmi jagħmel l‑istqarrija tal‑fidi u jieħu l‑ġurament tal‑fedeltà. Jieħu sehem ukoll in‑Nunzju Appostoliku, l‑Arċisqof Alessandro D’Errico. Matul il‑velja l‑Arċisqof Scicluna jbierek l‑insinji episkopali (il‑baklu, il‑mitra u ċ‑ċurkett) li ser jintużaw l‑għada waqt l‑Ordinazzjoni Episkopali…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Lulju

  • San Mattew 13:36-43 

    F’dak iż-żmien, Ġesù ħalla n-nies u mar id-dar. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu u qalulu: “Fissirhielna l-parabbola tas-sikrana fl-għalqa”. U weġibhom: “Dak li jiżra’ ż-żerriegħa t-tajba huwa Bin il-bniedem. L-għalqa hija d-dinja; iż-żerriegħa t-tajba huma wlied is-Saltna; is-sikrana huma wlied il-Ħażin, u l-għadu li żeragħha huwa x-Xitan. Il-ħsad ifisser tmiem id-dinja, u l-ħassada l-anġli.

    Mela bħalma s-sikrana jiġbruha u jaħarquha fin-nar, hekk isir fi tmiem id-dinja…

  • Kompli aqra »

“Li tkun bażilika minuri fil-pontifikat tal-Papa Franġisku ma jfissirx li niksu l-ħitan bid-deheb imma li jkollna qalbna tad-deheb” – L-Arċisqof

Quddiesa fl-okkażjoni tal-għoti tat-titlu ta' bażilika minuri lill-knisja tal-Mosta


  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Bażilika Minuri ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta
    29 ta’ Lulju 2018

    “Kien qrib l-Għid, il-festa tal-Lhud” (Ġw 6:4). Fl-Evanġelju ta’ San Ġwann insibu tliet ċelebrazzjonijiet tal-Għid. Kull sena fit-tliet snin tal-ministeru pubbliku ta’ Ġesù, hija mmarkata fl-Evanġelju ta’ San Ġwann mill-festa tal-Għid…

  • Kompli aqra »

Hotel Transylvania 3: Summer Vacation

  • ****

    Direttur:          Genndy Tartakovsky

    Ilħna:               Adam Sandler, Andy Samberg, Selena Gomez, Kevin James, David Spade, Steve Buscerni, Keegan-Michael Key, Molly Shannon  u Fran Drescher

    Ħin tal-Film:    97 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                             PG

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                                  PG

    Ninsabu fis-sena 1897 fejn niltaqgħu mal-mostri libsin ta’ umani, jivvjaġġaw fuq ferrovija għal Budapest…

  • Kompli aqra »

Mission: Impossible – Fallout

  • *****

    Direttur:          Christopher McQuarrie

    Atturi:              Tom Cruise, Henry Cavill, Ving Rhames, Simon Pegg, Rebecca Feguson, Sean Harris, Angela Bassett, Michelle Monaghan u Alec Baldwin

    Ħin tal-Film:    147 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                             12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                                  12

    Eythan Hunt jirċievi d-dettallji għal missjoni li kellu jwettaq rigward tliet kapsuli ta’ plutonju li nsterqu minn grupp terroristiku mlaqqam The Apostles, assoċjat ma’ The Syndicate mmexxi minn John Lark…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Lulju

  • San Mattew 13:31-35 

    F’dak iż-żmien, Ġesù ġab lill-folla parabbola oħra u qalilhom: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel ikun qabad u żeragħha fl-għalqa tiegħu. Hija tabilħaqq l-iżgħar waħda fost iż-żrieragħ kollha, iżda meta tikber, tkun l-akbar waħda fost il-ħxejjex u ssir siġra, hekk li l-għasafar tal-ajru jiġu jbejtu fil-friegħi tagħha”.

    Qalilhom parabbola oħra: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil ftit ħmira li waħda mara tkun qabdet u ħalltet ma’ tliet sigħan dqiq sa ma tkun għoliet l-għaġna kollha”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 29 ta’ Lulju

  • Is-Sbatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

    San Ġwann 6:1-15 

    F’dak iż-żmien, Ġesù telaq lejn in-naħa l-oħra tal-baħar tal-Galilija, jew ta’ Tiberija. Ħafna nies marru warajh, għax raw is-sinjali li kien jagħmel bil-fejqan tal-morda. Ġesù tela’ lejn l-għoljiet u qagħad hemm bilqiegħda mad-dixxipli tiegħu. Kien qrib l-Għid, il-festa tal-Lhud.

    Ġesù rafa’ għajnejh, lemaħ kotra ta’ nies ġejja lejh, u qal lil Filippu: “Mnejn nixtru l-ħobż biex dawn ikollhom x’jieklu?” Dan qalulu biex jippruvah, għaliex hu kien jaf x’sejjer jagħmel…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Lulju

  • San Mattew 13:24-30 

    F’dak iż-żmien, Ġesù ġab parabbola oħra lill-folla u qalilhom: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed raġel li żara’ żerriegħa tajba fl-għalqa tiegħu. Iżda xħin in-nies kienu reqdin, ġie l-għadu tiegħu, żara’ s-sikrana qalb il-qamħ u telaq. Meta mbagħad il-qamħ nibet u ħareġ is-sbul, tfaċċat ukoll is-sikrana.

    Resqu l-qaddejja fuq sid l-għalqa u qalulu: “Sinjur, int mhux żerriegħa tajba żrajt fl-għalqa tiegħek? …

  • Kompli aqra »