Arkivji mensili: Settembru 2018

Il-Papa Franġisku jistieden lill-Insara biex jitolbu r-Rużarju matul Ottubru

  • Il-Papa Franġisku stieden lill-Insara kollha sabiex matul ix-xahar ta’ Ottubru jitolbu kuljum ir-Rużarju u jitolbu lill-Verġni Marija u lill-Arkanġlu San Mikiel biex iħarsu l-Knisja mix-Xitan li qed jipprova jifred il-komunità Nisranija.

    Il-Papa għadda dan l-appell lis-saċerdot Ġiżwita Padre Frédéric Fornos li huwa id-Direttur Internazzjonali tan-Network Dinji ta’ Talb għall-Papa.

    Matul il-Quddiesa ċelebrata f’Dar Santa Marta fil-11 ta’ Settembru li għadda, Franġisku kien qal li t-talb hija dik il-qawwa li tirbah lill-Akkużatur il-Kbir, ix-Xitan li b’mod partikolari f’dawn iż-żmijiet qed idur id-dinja kollha jakkuża u jiskandalizza…

  • Kompli aqra »

Korsijiet għall-katekisti u l-ġenituri mis-Segretarjat għall-Katekeżi

  • Is-Segretarjat għall-Katekeżi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta qed jorganizza għadd ta’ korsijiet għal dawk kollha involuti fil-formazzjoni tat-tagħlim Nisrani. Il-korsijiet huma miftuħa kemm għall-katekisti u kif ukoll għall-ġenituri tat-tfal li qed jirċievu dan it-tagħlim Nisrani.

     

  • Irtiri għall-katekisti

    L-għan tal-irtir huwa li jagħti opportunità lill-katekisti biex  jirriflettu fuq temi relevanti fil-ministeru tagħhom li jgħinuhom isaħħu u jkabbru r-relazzjoni tagħhom ma’ Ġesù…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 30 ta’ Settembru

  • Is-Sitta u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

    San Mark 9:38-43.45.47-48 

    F’dak iż-żmien, Ġwanni qal lil Ġesù: “Mgħallem, wieħed raġel, li s-soltu ma jkunx magħna, rajnieh ikeċċi x-xjaten f’ismek u ridna nżommuh, għax hu mhuwiex wieħed minn tagħna”. Imma Ġesù qal: “La żżommuhx, le, għax ma hemm ħadd li se jagħmel miraklu f’ismi u mbagħad malajr se jkollu ħila jgħid kontra tiegħi…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jistaqsi: Min hu Ġesù għalik?

Quddiesa fil-bidu tas-sena skolastika 2018-2019

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Publiju, il-Furjana
    28 ta’ Settembru 2018

    L-Evanġelju ta’ San Luqa jħobb jirrepeti l-fatt li Ġesù kien jinġabar waħdu jitlob u dan id-dettall mill-ħajja u mir-rutina ta’ Ġesù, San Luqa jfakkru f’mumenti importanti: l-għażla tat-12, it-trasfigurazzjoni u l-agunija fl-ort tal-Ġetsemani…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Settembru

  • L-Arkanġli Mqaddsa, Mikiel, Gabrijel u Rafel – Festa

    San Ġwann 1:47-51 

    F’dak iż-żmien: Meta Ġesù ra lil Natanel riesaq lejh, qal: “Hawn hu Israeli li jistħoqqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih.” Natanael staqsieh: “Rabbi, kif sirt tafni?” U Ġesù wieġbu: “Rajtek taħt is-siġra tat-tin qabel ma kellmek Filippu.” “Rabbi,” qallu Natanael, “int l-Iben ta’ Alla, inti s-sultan ta’ Israel!”

    Ġesù wieġbu: “Qiegħed temmen għax għidtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? …

  • Kompli aqra »

Pro-business akkost ta’ kollox jew pro-komunità?

Reazzjoni mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent

  • Il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) bħal għadd kbir ta’ ċittadini oħra, għadha maħsuda bid‑deċiżjoni tal‑Awtorità tal‑Ippjanar (PA) li tapprova l‑proġett estensiv ta’ db Group fil‑Bajja ta’ San Ġorġ. Bħalma għamlu ċittadini oħra li bħalha kienu inkwetati bil‑proposta ta’ dan il‑proġett, il‑KA kienet bagħtet l‑oġġezzjonijiet tagħha fit‑30 ta’ Mejju 2018.[1] Issa li d‑deċiżjoni ttieħdet, aktar milli toqgħod tirrepeti dawn l‑oġġezzjonijiet, il‑KA tħoss li jkun aktar f’waqtu tpoġġi għadd ta’ mistoqijiet li fil‑fehma tagħha jixirqilhom ikunu mwieġba:

    • Kif tista’ l‑PA torbot deċiżjoni bħal din mal‑missjoni tagħha li “taġixxi f’isem il‑komunità biex tipprovdi ambjent bilanċjat u sostenibbli,”[2] meta wieħed iqis li ġew injorati eluf ta’ oġġezzjonijiet kontra dan l‑iżvilupp? …
  • Kompli aqra »

L-Insara Maltin iħejju għall-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara 2020

  • Kif kien imħabbar kmieni din is-sena, il-Knejjes Insara f’Malta ġew afdati li jħejju l-materjal għall-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara tas-sena 2020.

    Grupp ta’ 14-il parteċipant immexxi minn Mons. Prof. Hector Scerri, iltaqghu bejn Frar u Mejju li għadda biex iħejju l-abbozz tal-materjal kollu. Ir-rappreżentanti kienu jinkludu Kattoliċi, Anglikani, Presbiterjani, Luterani u Ortodossi f’Malta. Il-materjal intbaghat barra minn Malta biex jiġi evalwat…

  • Kompli aqra »

Il-laqgħa ta’ qabel is-Sinodu bidlet il-ħajja tal-iżgħar parteċipanta

  • The Synod of Bishops on Young People, the Faith and Vocational Discernment will take place in the Vatican from 3-28 October. Katie Prejean McGrady was one of three young people chosen by the US Bishops Conference (USCCB) to participate in the pre-Synodal meeting in Rome in March of 2018. She spoke about her experience during the USCCB annual Spring General Assembly, calling it an “honor to represent the US”…

  • Kompli aqra »

X’għamel San Vinċenz de Paul meta qala’ daqqa ta’ ħarta?

Omelija waqt Quddiesa fil-festa ta' San Vinċenz de Paul

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Residenza tal-Anzjani San Vinċenz de Paul, Ħal Luqa

    27 ta’ Settembru 2018

    L-Evanġelju li għadu kemm qara Patri Ivan jispiċċa b’din il-frażi: “Erodi qal: ‘Lil Ġwanni qtajtlu rasu; mela min hu dan li fuqu qiegħed nisma’ dan kollu?’ U beda jfittex li jarah” (Lq 9:9)…

  • Kompli aqra »