Din is-sena l-Għaqda Studenti tat-Teoloġija qiegħda tiċċelebra t-73 sena mit-twaqqif tagħha u bħas-snin ta’ qabel, ser tfakkar Jum il-Fondazzjoni b’diskussjoni pubblika. Din is-sena d-diskussjoni ser tkun dwar l-irwol tal-Knisja Kattolika f’Malta, u tfittex li tistudja l-proċess l-aspetti differenti u dinamiċi tal-formazzjoni tal-identità fil-kuntest Malti u r-rwol tal-Knisja Kattolika f’dan il-proċess. Id-diskussjoni ser tipprova twieġeb waħda mill-mistoqsijiet tal-lum: Is-soċjetà tal-lum għandha bżonn il-Knisja?
Id-diskussjoni ser issir għada l-Ġimgħa, 30 ta’ Novembru 2018, ix-Xara Lodge r-Rabat fis-7pm.
Għal aktar dettalji żur il-paġna fuq Facebook tal-Għaqda Studenti tat-Teoloġija…