Yearly Archives: 2018

Live: Il-Quddiesa tal-funeral tal-Isqof Emanuel Barbara O.F.M. Cap.

  • Il‑Quddiesa praesente cadavere tal‑Isqof Emanuel Barbara O.F.M. Cap., għada, is-Sibt, 27 ta’ Jannar 2018, fis‑2 p.m., fil‑Katidral tal‑Imdina. Jippresiedi l‑Quddiesa l‑Arcisqof Charles J. Scicluna.

    Illejla fis‑7:00 p.m. ser jiġi ċċelebrat l‑Għasar tal‑Mejtin fil‑Knisja tas‑Salib Imqaddes (tal‑Kapuċċini), il‑Furjana.

    L‑Isqof Emanuel Barbara, Isqof ta’ Malindi, il‑Kenja, miet fil‑5 ta’ Jannar li għadda fir‑residenza tiegħu f’Malindi. Huwa kellu 68 sena…

  • Kompli aqra »

Filmat: Taf x’inhu s-Sinodu tal-Isqfijiet fuq iż-Żgħażagħ 2018?

  • F’Ottubru li ġej, l-isqfijiet tal-pajjiżi kollha tad-dinja ser jiltaqgħu fil-Vatikan biex jiddiskutu l‑aspettattivi, il‑bżonnijiet, ix‑xewqat, il‑biżgħat u r‑relazzjonijiet taż‑żgħażagħ fid‑dinja tal‑lum, kif ukoll l‑isfidi tal‑Knisja biex twassal il‑messaġġ pastorali tagħha liż‑żgħażagħ. Fil-fatt, it-tema tas-Sinodu hi “Iż-żgħażagħ, il-fidi u d-dixxerniment vokazzjonali’.

    Imma ż-żgħażagħ jafu x’inhu s-Sinodu tal-Isqfijiet? Fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, il-Malta Catholic Youth Network ser twassal aktar tagħrif dwar dan…

  • Kompli aqra »

Ħtieġa ta’ masterplan għall-Marsa u ż-żona tal-Port il-Kbir

Stqarrija mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent

  • Il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tagħraf l‑opportunitajiet u, fl‑istess ħin, l‑isfidi li qed tiffaċċja ż‑żona tal‑port, l‑aktar il‑Marsa. Għaldaqstant, tissuġġerixxi li tiġi adottata viżjoni aġġornata u li jsir masterplan ibbażat fuq proċess serju ta’ konsultazzjoni pubblika għal din iż‑żona. Dan għandu jwassal lil dawn l‑inħawi biex jilħqu l‑potenzjal tagħhom b’mezzi li jkunu sostenibbli mill‑aspetti ambjentali, soċjali u ekonomiku, fl‑aħjar interess ta’ kulħadd…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Jannar

  • San Luqa 10:1-9 

    F’dak iż-żmien: Il-Mulej qabbad tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien sejjer hu.

    U qalilhom: “Il-ħsad hu kbir, tassew, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela ’l sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup. Teħdux magħkom, la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu ’l ħadd…

  • Kompli aqra »

Downsizing

  • ***

    Direttur:          Alexander Payne

    Atturi:              Matt Damon, Christoph Waltz, Hong Chau, Kristen Wiig, Jason Sudeikis,Maribeth Monroe, Udo Kier, Rolf Lassgard, u Ingjerd Egeberg

    Ħin tal-Film:    135 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       18

    L-istorja tal-film teħodna fil-futur qrib fejn insibu lil Paul u Audrey Safrank, koppja miżżewwġa minn Omaha, f’qagħda finanzjarja xejn tajba…

  • Kompli aqra »

The Commuter

  • ****

    Direttur:          Jaume Collet-Serra

    Atturi:              Liam Neeson, Vera Farmiga, Patrick Wilson, Jonathan Banks, Elizabeth McGovern, Andy Nyman u Sam Neill

    Ħin tal-Film:    105 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       15

    Michael MacCauley jgħix ħajja ta’ rutina. Illum jinsab jaħdem f’kumpanija tas-sigurtà wara li għaxar snin ilu telaq ix-xogħol ta’ detektiv…

  • Kompli aqra »

The Post

  • ****

    Direttur:          Steven Spielberg

    Atturi:              Maryl Streep, Tom Hanks, Sarah Paulson, Bob Odenkirk, Tracy Letts, Bradley Whitford, Bruce Greenwood, Matthew Rhys

    Ħin tal-Film:    116 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       12

    Fl-1965, Daniel Ellsberg, analista fid-Dipartiment Statali Militari, flimkien ma’ Robert McNamara, Segretarju tad-Difiża, jakkumpanja truppi Amerikani fi Vjetnam waqt it-taqbid biex jidentifikaw x’qiegħed jiġri fir-reġjun…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Jannar

  • Il-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl – Festa

    San Mark 16:15-18 

    F’dak iż-żmien: Ġesù wera ruħu lill-Ħdax, u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva, iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat.

    U dawn huma l-mirakli li jsieħbu ’l dawk li jemmnu: f’Ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu jdejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.”

  • Kompli aqra »

Malta tintagħżel biex tieħu ħsieb il-Ġimgħa Ekumenika 2020

  • Is‑Santa Sede u l‑Kunsill Ekumeniku tal‑Knejjes f’Ġinevra għażlu lil Malta biex fis‑sena 2020 tkun il‑Kapitali tal‑Ekumeniżmu, bir‑responsabbiltà li tħejji t‑tema u r‑riflessjoni għall‑Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara.

    Il‑President tal‑Kummissjoni Ekumenika Maltija, Dun Hector Scerri, qal li dan huwa privileġġ kif ukoll responsabbiltà kbira għaliex l‑Insara f’Malta u Għawdex ser jaqsmu l‑esperjenza tal‑vjaġġ ekumeniku tagħhom mhux biss mal‑Ewropa imma mal‑pajjiżi kollha tad‑dinja…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku lill-midja: Ippromwovu ġurnaliżmu ta’ paċi

  • The 24th January marks the Feast of St Francis de Sales, the patron saint of writers and Christian unity whose role as a priest and bishop helped bring thousands of Protestants back to the Catholic Church. Because he is a patron saint of writers, his feast day traditionally marks the release of the Pope’s annual message for World Communications Day. 

    The Vatican has released Pope Francis’ Message for the 52nd World Day of Social Communications. The theme of this year’s message is “The truth will set you free” (Jn 8:32)…

  • Kompli aqra »