Yearly Archives: 2018

Il-Papa bi kliem ta’ kuraġġ għat-tfal bil-kanċer

  • “Your journey through life is a bit difficult, dear children, because you have to be cured, overcome the disease or live with the disease, which is not easy,” the Pope said speaking to the sick children off-hand in Italian, with the help of interpreters.

    Winning

    The Pope pointed out that they have many friends who help them a lot such as their family who help them move forward…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Diċembru 2018

  • Is-Sibt l-1 ta’ Diċembru, fil-5:30 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa ta’ radd il-ħajr fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, f’għeluq il-150 anniversarju tas-Sorijiet tal-Karità f’Malta. Il-Quddiesa tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Il-Ħadd 2 ta’ Diċembru, fl-4:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Griżma lill-adolexxenti fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija.

    Is-Sibt 8 ta’ Diċembru, fl-10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l-pussess lil Dun George Schembri bħala l-Kappillan il-ġdid tal-Parroċċa Santa Marija, l-Imġarr…

  • Kompli aqra »

L-Isqof Awżiljarju lill-gradwati tal-MCAS: “Kunu nies ta’ kuxjenza”

Quddiesa ta' ringrazzjament għall-gradwati l-ġodda taL-MCAST

  •  

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    30 ta’ Novembru 2018

    Illum hi ġurnata speċjali fl‑istorja tal‑Kulleġġ Malti tal‑Arti, ix‑Xjenza u t‑Teknoloġija (l‑MCAST) bl‑ewwel quddiesa tal‑gradwazzjoni fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann. Nifraħ magħkom ilkoll f’din l‑okkażjoni speċjali; magħkom studenti, mal‑għalliema, mal‑amministrazzjoni tal‑MCAST, ma’ dawk li ħadmu bis‑sħiħ matul is‑snin ta’ studju tagħkom biex jagħtukom l‑aħjar edukazzjoni u ttemmu b’suċċess l‑istudji tagħkom…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Apok 22, 1-7
    Salm: 94 (95), 1-2.3-5.6-7

    Evanġelju: Luqa 21, 34-36

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Oqogħdu attenti, u qisu li l-ikel u x-xorb żejjed u s-sokor ma jmewtulkomx qalbkom, u tħallux li l-ħafna tħassib għall-ħtiġiet tal-ħajja jeħdilkom raskom, li ma ssibuhx dak il-Jum fuqkom għal għarrieda.Għax hu Jum li għad jaqa’ bħal nassa fuq kull min jgħammar fuq wiċċ l-art kollha…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Novembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Rum 10, 9-18
    Salm: 18, 2-5

    Evanġelju: Mattew 4, 18-22

  • F’dak iż-żmien: Huwa u jdur ma’ xatt il-baħar tal-Galilija, Ġesù lemaħ żewġ aħwa, Xmun, jgħidulu Pietru, u Indrì ħuh, qegħdin ikalaw ix-xbiek il-baħar, għax kienu sajjieda. U qalilhom: “Ejjew warajja, u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin”. U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh…

  • Kompli aqra »

Kif nistgħu nimxu fuq l-eżempju ta’ Santa Katarina?

Quddiesa f'għeluq il-200 tal-istatwa ta' Santa Katarina fiż-Żurrieq

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Knisja Arċipretali, iż-Żurrieq

    25 ta’ Novembru 2018

    “Jitgħaxxaq is-sultan bi ġmielek u int, għax hu sidek, agħtih qima” (Salm 44:12).  Kemm joqgħod tajjeb dan il-kliem li llum kantajna fis-Salm 44 u li huwa parti mil-liturġija tas-solennità ta’ Santa Katarina verġni u martri…

  • Kompli aqra »

Is-soċjetà tal-lum għandha bżonn il-Knisja?

  • Din is-sena l-Għaqda Studenti tat-Teoloġija qiegħda tiċċelebra t-73 sena mit-twaqqif tagħha u bħas-snin ta’ qabel, ser tfakkar Jum il-Fondazzjoni b’diskussjoni pubblika. Din is-sena d-diskussjoni ser tkun dwar l-irwol tal-Knisja Kattolika f’Malta, u tfittex li tistudja l-proċess l-aspetti differenti u dinamiċi tal-formazzjoni tal-identità fil-kuntest Malti u r-rwol tal-Knisja Kattolika f’dan il-proċess. Id-diskussjoni ser tipprova twieġeb waħda mill-mistoqsijiet tal-lum: Is-soċjetà tal-lum għandha bżonn il-Knisja?

    Id-diskussjoni ser issir għada l-Ġimgħa, 30 ta’ Novembru 2018, ix-Xara Lodge r-Rabat fis-7pm. 

    Għal aktar dettalji żur il-paġna fuq Facebook tal-Għaqda Studenti tat-Teoloġija

  • Kompli aqra »

Is-Sinodu dwar iż-żgħażagħ ikompli xahar wara

  • One month after the conclusion of the Synod of Bishops on Young People, the Faith, and Vocational Discernment, young auditors bring what they experienced at the event back to their homes and parishes. As the journey continues, young Catholics look to the next step on their journey of faith: World Youth Day 2019 in Panama.

     

  • 

     

  • Kompli aqra »