Yearly Archives: 2018

Il-Proġett tas-sit tal-Kunvent Santa Rita

Rapport mill-Kumissjoni Interdjoċesana Ambjent

  • Wara talba mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna, il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) ħejjiet il‑kummenti tagħha fuq l‑applikazzjoni nru PA105981/17 għall‑iżvilupp fuq is‑sit maġenb il‑Kunvent Santa Rita f’Paceville. Il‑proġett propost jinkludi binja ta’ 12‑il sular li toffri akkomodazzjoni ta’ erba’ stilel, uffiċċji, skola tal‑lingwi u uffiċċji fil‑livell ta’ taħt, u parkeġġ ta’ ħames sulari taħt l‑art għal 246 karozza.

    Fit‑tħejjija tar‑rapport, il‑KA mxiet fuq l‑applikazzjoni li ġiet sottomessa lill‑Awtorità tal‑Ippjanar u l‑pjanti li kienu għad‑dispożizzjoni tal‑pubbliku fit‑30 ta’ Lulju 2018…

  • Kompli aqra »

Il-Palazz tal-Arċisqof b’attrazzjoni ġdida waqt in-Notte Bianca 2018


  • Wara proġett ta’ restawr u konservazzjoni, il‑pittura tal‑Isqof Pawlu Alpheran de Bussan tal‑artist Francesco Zahra tinsab lura fil‑Palazz tal‑Arċisqof, il‑Belt Valletta. Il‑kwadru, li reġa’ sab postu fis‑Sala tat‑Tron, jista’ jiġi apprezzat mill‑pubbliku nhar is‑Sibt li ġej, 6 ta’ Ottubru, waqt is‑serata tan‑Notte Bianca.

    L‑istudji u x‑xogħol ta’ restawr u konservazzjoni saru bejn Awwissu u Diċembru 2017 mid‑ditta Atelier del Restauro, taħt it‑tmexxija ta’ Valentina Lupo u Maria Grazia Zenzani…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Ottubru

  • San Luqa 10:13-16 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li nidmu u libsu l-ixkejjer u qagħdu fuq ir-rmied. Imma l-ġudizzju għad ikun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom.

    U int, Kafarnahum, taħseb li se togħla sas-sema? Sa ġol-qiegħ għad tinxteħet! …

  • Kompli aqra »

Il-kummissjonijiet Ewropej tal-Ġustizzja u l-Paċi jingħaqdu fis-sejħa sabiex jiġi protett l-ilma

  • The Conference of European Justice and Peace Commissions is promoting care for creation as part of its international workshop and general assembly meeting. The topic of the meeting is “Water: Source of Life Human right and Responsibility for Europe.” This marks the first time that European Justice and Peace leadership has dedicated its meeting to the topic of water.

    Top Catholic leaders from around the continent were present together with public authorities and experts…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Ottubru

  • San Luqa 10:1-12 

    F’dak iż-żmien, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu. U qalilhom: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup. Teħdux magħkom la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu lil ħadd…

  • Kompli aqra »

Is-sejħa tiegħi hi l-imħabba

Quddiesa lejlet il-festa ta' Santa Tereża tal-Bambin Ġesù

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Santawarju ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, Birkirkara

    30 ta’ Settembru 2018

    Hawn qaddisin fil-Knisja li baqgħu magħrufin għall-ħidma kbira tagħhom, għalkemm għamlu għeġubijiet u mirakli f’ħajjithom, u kultant ukoll ivvjaġġaw minn post għal ieħor biex iwasslu l-Evanġelju. Hawn qaddisin oħra li ma marrux ħafna postijiet, m’għamlux affarijiet li minn barra jidhru straordinarji, imma li għexu s-sejħa li Alla tahom, il-ħajja ordinarja tagħhom, b’mod tassew sabiħ u straordinarju…

  • Kompli aqra »

Il-Papa lill-Isqfijiet: Tħallux l-iżbalji tal-passat joqtlu l-ħolm u t-tamiet tagħkom

  • Speaking during his homily at an open-air Mass in St. Peter’s Square that inaugurated the 3-week Synod on “Young People, the Faith and Vocational Discernment”, Pope Francis called on his brother bishops to heed the voices of young people in the effort to build a better world than that of their elders.  

    He expressed his confidence in the new generations that, he said, “are capable of prophesy and vision” and prayed that the Holy Spirit may grant synodal Fathers the grace of being anointed with the youthful “gift of dreaming and of hoping.”

    Bishops from across the world, including China

    It is with an attitude of docile listening to the voice of the Spirit, he said, that “we have gathered from all parts of the world”…

  • Kompli aqra »

Kummissjoni Dottrinali ġdida fi ħdan il-Konferenza Episkopali Maltija

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna waqqaf il‑Kummissjoni Dottrinali fi ħdan il‑Konferenza Episkopali Maltija, u ħatar lil Mons. Hector Scerri bħala president ta’ din il‑kummissjoni għal perjodu ta’ tliet snin.

    Il‑Kummissjoni Dottrinali ser tagħti l‑kontribut tagħha f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwistjonijiet marbuta mal‑fidi u l‑moralità Nisranija, u twassal ir‑riflessjoni tagħha lill‑Isqfijiet. Bil‑pariri tagħha, il‑Kummissjoni Dottrinali ser tgħin ukoll lill‑Konferenza Episkopali fit‑tħejjija ta’ dokumenti li jgħinu lill‑poplu f’Malta u Għawdex fuq diversi aspetti tal‑fidi Nisranija…

  • Kompli aqra »