Yearly Archives: 2018

L-Evanġelju tal-Ħadd: 3 ta’ Ġunju

  • It-Tifkira tal-Ġisem u tad-Demm ta’ Kristu – Solennita’

    San Mark 14:12-16, 22-26

    Fl-ewwel jum tal-Ażżmi, meta kienu jissagrifikaw il-ħaruf tal-Għid, id-dixxipli tiegħu qalu lil Ġesù: “Fejn tridna mmorru nħejju biex tiekol l-ikla tal-Għid?”. Imbagħad hu bagħat tnejn mid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Morru l-belt, u tiltaqgħu ma’ raġel iġorr ġarra ilma. Morru warajh, u għidu lil sid id-dar ta’ fejn tarawh dieħel, “Qallek l-Imgħallem: Fejn hi l-kamra tiegħi li fiha nista’ niekol l-ikla tal-Għid mad-dixxipli tiegħi?”. U hu jurikom kamra kbira fuq, imgħammra u lesta…

  • Kompli aqra »

L-omelija tal-Arċisqof għall-festa ta’ San Ġużepp f’Ħal Għaxaq

Omelija fl-aħħar jum tat-tridu tal-festa ta' San Ġużepp

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Knisja Parrokkjali, Ħal Għaxaq

    2 ta’ Ġunju 2018

    Nimmaġina lil Ġesù fuq għolja sabiħa tħaddar bis-siġar b’żiffa ħelwa għaddejja tiela’ min dan il-baħar kbir jitkellem man-nies li kienu marru warajh. Tela’ fuq il-muntanja u wara li qagħad bilqiegħda resqu lejh id-dixxipli tiegħu…

  • Kompli aqra »

Ritratti: Iż-żgħażagħ fi djalogu mas-saċerdoti

Jintemm l-Aġġornament tal-Kleru 2018

  • Ġie fi tmiemu l-aġġornament annwali għall-membri tal-Kleru (in-service course) li sar fis-Seminarju tal-Arċisqof, fejn matul dawn it-tlett ijiem, is-saċerdoti kellhom l-opportunità jisimgħu direttament miż-żgħażagħ dwar kif iħarsu lejn il-Knisja. Is-seba’ żgħażagħ ta’ etajiet differenti li indirizzaw lis-saċerdoti kienu: social worker, tattoo artist, sound engineer, studenti tal-hairdressing u żagħżugħ Kattoliku li jaħdem f’negozju tal-familja.

    It-tema magħżula għall-aġġornament ta’ din is-sena  ntagħżlet fid-dawl tas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-żgħażagħ li sejjaħ il-Papa Frangisku f’Ottubru li gej…

  • Kompli aqra »

Id-devozzjoni lejn il-Madonna trid tgħaqqadna mhux iġġellidna! – L-Arċisqof

Quddiesa tal-pussess ta' Dun Norman Zammit bħala l-Arċipriet tal-Parroċċa ta' Marija Assunta, il-Gudja

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Knisja Parrokkjali, il-Gudja
    4 ta’ Mejju 2018

    Jiena nixtieq nimmaġinak, għażiż Fr Norman, għażiż Arċipriet, bħala ittra sabiħa miktuba mill-providenza ta’ Alla lill-poplu għażiż tal-Gudja. U min jaqra qalbek jara l-karattru amabbli tiegħek, ta’ ftit kliem, b’qalb kbira, imma bi tbissima pronta u ta’ paċenzja kbira wkoll…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Ġunju

  • San Mark 11:27-33 

    F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli tiegħu mill-ġdid marru Ġerusalemm. Kif kien qiegħed idur fit-tempju, resqu fuqu l-qassisin il-kbar u l-kittieba u x-xjuħ u staqsewh: “Int b’liema setgħa qiegħed tagħmlu dan kollu? U min tahielek din is-setgħa biex tagħmlu?”. 

    Ġesù qalilhom: “Ħa nagħmlilkom mistoqsija waħda jien. Weġbuni għaliha, u ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan kollu…

  • Kompli aqra »

Ritratti: Il-Viżta Pastorali tal-Arċisqof fil-Parroċċa tas-Siġġiewi

  • Bejn il-Ħadd, 27 u l-Erbgħa, 30 ta’ Mejju 2018, l-Arcisqof Charles J. Scicluna żar il-parroċċa ta’ San Nikola, is-Siġġiewi.

    Waqt il-Viżta Pastorali l-Arċisqof iltaqa’ mal-istudenti u l-edukaturi tal-Iskola Primarja tal-Kulleġġ Sant’Injazju, u kellu laqgħat mat-tfal, l-adolexxenti u ż-żgħażagħ, mal-katekisti u l-operaturi pastorali tal-parroċċa, kif ukoll laqgħa ta’ djalogu mal-Kunsill Lokali. Fl-ewwel ġurnata tal-Viżta Pastorali l-Arċisqof amministra s-Sagrament tal-Ewwel Tqarbina lil madwar 100 tifel u tifla tal-parroċċa…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Ġunju 2018

  • Is-Sibt 2 ta’ Ġunju, fis-6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l-aħħar Quddiesa tat-Tridu tal-festa San Ġużepp, Ħal Għaxaq.

    Il-Ħadd 3 ta’ Ġunju, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis‑Solennità tal‑Ġisem u d‑Demm Imqaddes ta’ Ġesù (Corpus Christi) fil‑Katidral tal-Imdina, flimkien mal-Kapitlu u mas-saċerdoti li qed jiċċelebraw xi anniversarju speċjali tal-ordinazzjoni tagħhom. Il-Quddiesa tkompli bil-purċissjoni bl‑Ewkaristija mat‑toroq ewlenin tal‑Imdina…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Ġunju

  • San Mark 11:11-26 

    Wara d-daħla messjanika f’Ġerusalemm, Ġesù baqa’ sejjer fit-tempju, ta ħarsa madwaru, u mbagħad, billi kien ġa sar il-ħin, ħareġ biex imur Betanja mat-Tnax. L-għada, kif ħarġu minn Betanja, ħadu l-ġuħ. Mill-bogħod lemaħ siġra tat-tin kollha weraq, u mar jara jsibx xi ħaġa fiha. Imma, kif resaq ħdejha, ma sabilha xejn ħlief weraq, għax it-tin kien għadu mhuwiex żmienu…

  • Kompli aqra »

On Chesil Beach

  • ***

    Direttur:          Dominic Cooke

    Atturi:              Saoirse Ronan, Emily Watson, Anne-Marie Duff, Samuel  West, Billy Howle, Bebe Cave, Adrian Scarborough, Jonjo O’Neil  u Philip Labey

    Ħin tal-Film:    110 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      15

    Ninsabu fis-sena 1962, Edward  Mayhew u Florence Ponting kienu qegħdin iqattgħu qamar l-għasel fil-kwiet f’Chesil Beach fil-Kanal Ingliż…

  • Kompli aqra »

Entebbe

  • ***

    Direttur:          José Padilha

    Atturi:              Rosamund Pike, Daniel Brùhl, Eddie Marsan, Ben Schnetzer, Lior Ashkenazi, Denis Mènochet, Mark Ivanir, Peter Sullivan, Andrea Deck u Nonso Anozie 

    Ħin tal-Film:    107 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      12

    Fis-27 ta’ Ġunju tal-1976, żewġ hijackers, affiljati mal-Front Popolari Għall-Liberazzjoni tal-Palestina, u Wilfred Bòse u Brigette Kuhimann, żewġ Ġermaniżi li kienu jissimpatizzaw mal-kawża Palestinjana, jaħtfu ajruplan tal-Ajru Franċiż, b’248 passiġġier…

  • Kompli aqra »