Il-valur tal-ħajja
18/01/2019-
Fil-messaġġ tal-Milied, l-Arċisqof Charles J. Scicluna fakkar kif it-twelid tat-tarbija ta’ Betlehem tgħallimna ngħożżu l-ħajja mill-ewwel mument tat-tnissil tagħha. Saħaq li l-Milied ifakkarna wkoll li l‑ħajja għandha valur li huwa bla prezz.
F’għeluq il-200 sena tal-għanja O Lejl ta’ Skiet, l-Arċisqof qal li t-tarbija ta’ Betlehem tħeġġiġna wkoll nieqfu u nirriflettu fuq il-mistoqsijiet fundamentali tal-ħajja, mistoqsijiet li “l‑bniedem għamilhom f’kull kultura u f’kull żmien,” dwar minn fejn ġejjin u fejn sejrin…