Arkivji mensili: Marzu 2019

Kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem

    • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Charlon Muscat bħala kappillan tal‑parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara.

      Dun Charlon Muscat twieled fil‑30 ta’ April 1985 u trabba l‑Mosta fejn irċieva l‑edukazzjoni fl‑iskola primarja fil‑Mosta. Huwa kiseb l‑edukazzjoni sekondarja fl-iskola Vincenzo Bugeja, Birkirkara, u kompla l‑istudji terzjarji fil‑Fakultà tat‑Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl‑Università ta’ Malta. Ġie ordnat saċerdot fit‑3 ta’ Lulju 2013…

  • Kompli aqra »

Tibżgħux tieħdu lil Marija għandkom

Ittra Pastorali għar-Randan 2019

  •  

  • L-Ittra Pastorali mill-Isqfijiet

     

  • Għeżież,

    Aħna nies li nħobbu d‑dar. Dan bir‑raġun, għax bejn dawk l‑erba’ ħitan tad‑djar tagħna jintisġu stejjer meraviljużi: stejjer ta’ familji li fihom l‑għaxqa, stejjer ta’ ġenerożità kbira; stejjer li ma jitwemmnux meta tara ġenituri ssagrifikati għal uliedhom, speċjalment fejn ikun hemm xi wild bi ħtiġijiet speċjali; stejjer erojċi, bħal fejn hemm mard serju…

  • Kompli aqra »

Viżta Pastorali tal-Isqof Awżiljarju fil-Parroċċa tal-Iklin

  • Is-Sibt, 9 ta’ Marzu 2019, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ser jagħmel l-ewwel viżta pastorali tiegħu fil-Parroċċa tal-Familja Mqaddsa fl-Iklin, fejn se jiltaqa’ mat-tfal u l-adolexxenti tal-parroċċa, mal-operaturi pastorali, mas-saċerdoti tal-komunità kif ukoll mal-membri tal-Kunsill Lokali. L-Isqof Galea-Curmi se jbierek ukoll il-Prayer Spaces tar-Randan u anke jitlob mat-tfal. Il-Viżta Pastorali tintemm il-Ħamis, 14 ta’ Marzu 2019.

    Hawn taħt tista’ taqra l-messaġġ tal-Isqof Awżiljarju lill-parruċċani tal-Iklin…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Marzu

  • Qari tal-jum

  • L-Ewwel Qari: Iż 58, 9b-14
    Salm: 85 (86), 1-2.3-4.5-6

    L-Evanġelju: Lq 5, 27-32

  • F’dak iż-żmien, Ġesù lemaħ wieħed pubblikan, jismu Levi, bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi, u qallu: “Ejja warajja!”. Dak telaq kollox, qam u mar warajh. Imbagħad Levi għamillu laqgħa kbira f’daru stess, u kien hemm magħhom fuq il-mejda kotra kbira ta’ pubblikani u nies oħra…

  • Kompli aqra »

‘Taqtgħux qalbkom mid-dgħufija tagħkom … kunu intom!’ – L-Arċisqof lis-seminaristi li rċevew il-Ministeru tal-Lettorat

Quddiesa bl-għoti tal-Ministeru tal-Lettorat

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Is-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù

    4 ta’ Marzu 2019

    “Kemm hi iebsa għall-għonja li jidħlu fis-saltna ta’ Alla” (Mk 10:23). Id-dixxipli ma setgħux jifhmu dan il-kliem ta’ Ġesù u stagħġbu għal din il-kelma għaliex din il-Kelma ta’ Ġesù kienet tpoġġi ta’ taħt fuq dak li d-dinja tgħallem sa minn dejjem: li l-għani jikkmanda, li l-flus jixħtu bniedem fil-baħar u li aħjar ħabib fis-suq milli mitfuħ fis-senduq…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jaħtar Delegat Episkopali għall-Evanġelizzazzjoni

    • L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Nadia Delicata bħala Delegat Episkopali għall-Evanġelizzazzjoni.

      Dr Delicata hija senior lecturer fil-Fakultà tat-Teoloġija tal-Università ta’ Malta u ilha tgħallem fid-Dipartiment tal-Morali u t-Teoloġija Spiritwali mill-2012. Bejn l-2001 u l-2011 kompliet l-istudju fit-Teoloġija f’Regis College, f’Toronto School of Theology fl-Università ta’ Toronto. Hija miżżewġa lil Brian Delicata u għandhom tlett itfal…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Marzu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Iż 58, 1-9a
    Salm: 50 (51), 3-4.5-6a.18-19

    L-Evanġelju: Mt 9, 14-15

     

  • F’dak iż-żmien, resqu lejn Ġesù id-dixxipli ta’ Ġwanni u qalulu: “Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?”.

    Qalilhom Ġesù: “Huwa l-mistednin tal-għarus se jsewdu qalbhom sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? …

  • Kompli aqra »

Għaliex insumu, nitolbu u nagħmlu karità fir-Randan?

Quddiesa tal-Erbgħa tal-Irmied fil-bidu tar-Randan Imqaddes

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    6 ta’ Marzu 2019

    Fil-bidu ta’ dan ir-Randan Imqaddes, il-Mulej jitlobna li t-triq li bdejna llum, bħala xhud ikollha lill-Missier. Hekk issejjaħlu Ġesù għal tliet darbiet. Alla li huwa Missierna u li jara dak li hu fil-moħbi; Alla li kapaċi wkoll irodd, jagħti l-premju…

  • Kompli aqra »

Il-Papa f’Ras ir-Randan: ‘Iffokaw fuq l-essenzjali’

  • Pope Francis summoned Christians to slow down in a fast-paced and often directionless life and fast from the unnecessary things that distract us, to heed Lent that he described as “a wake-up call for the soul”.

    The Pope’s words came during the homily at Holy Mass on Ash Wednesday with the blessing and imposition of the ashes that took place, as per tradition, in the Basilica of Saint Sabina on the Aventine Hill…

  • Kompli aqra »