“Qiegħed nisma’ l-Kelma ta’ Alla? Qiegħed inwettaqha?” – Id-domanda tan-Nisrani fil-Ġimgħa Mqaddsa
Quddiesa f'Jum id-Duluri għall-impjegati tal-APS Bank
13/04/2019- L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Il-Knisja Parrokkjali, is-Swatar
12 ta’ April 2019M’ilux kont qed naqra deskrizzjoni tat-tbatija li għadda minnha Ġesù miktuba minn tabib li kellu esperjenza kbira fi sptar ġewwa l-Amerka. Dan it-tabib huwa espert fil-feriti li jiġu minn ħafna atti kriminali jew inkella inċidenti u jiddeskrivi xi tfisser pereżempju tagħraq l-għaraq tad-demm bħalma ġralu Ġesù fl-ort tal-Ġetsemani, jispjega wkoll it-tbatija tal-flaġellazzjoni u anke t-tbatija tal-Mulej Ġesù fil-kruċifissjoni…