Arkivji mensili: Mejju 2019

Ċineforum: Sitt snin mir-riżenja tal-Papa Benedittu XVI

  • Saturday, 1st June 2019, Rome Reports in collaboration with Catholic Voices Malta and CAK will be airing the documentary ‘Benedict XVI, in Honor of the Truth’.

    The 48-minute documentary seeks to answer the question in many people’s mind as to why Pope Benedict XVI resignation six years ago, the first Pope to present his resignation in 700 years…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 16, 22-34
    Salm: 137 (138), 1-2a.2bċ-3.7ċ-8

    L-Evanġelju: Ġw 16, 5-11

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Issa sejjer għand dak li bagħatni, u ħadd minnkom ma jistaqsini: “Fejn sejjer?”. Imma għax għedtilkom dan, qalbkom imtliet bin-niket. Madankollu, ngħidilkom is-sewwa, jaqblilkom li jiena mmur; għaliex, jekk ma mmurx, id-Difensur ma jiġix għandkom; imma jekk immur, nibgħathulkom…

  • Kompli aqra »

Ritratti: Il-Viżta Pastorali tal-Isqof Awżiljarju fil-Parroċċa ta’ Ta’ Xbiex

  • Bejn id-19 u l-21 ta’ Mejju 2019, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi għamel Viżta Pastorali fil-Parroċċa ta’ San Ġwann tas-Salib f’Ta’ Xbiex.

    Waqt il-Viżta Pastorali l-Isqof Galea-Curmi ltaqa’ mar-residenti ta’ Ta’ Xbiex li attendew għall-Quddiesa tal-Ħadd u li għaliha attendew ukoll bosta tfal mill-parroċċa. Fit-tliet ijiem li qatta’ f’Ta’ Xbiex, l-Isqof iltaqa’ mal-ġenituri tat-tfal, mal-katekisti u mal-operaturi pastorali. Huwa ltaqa’ wkoll ma’ numru ta’ familji u mal-komunità tal-patrijiet Terezjani li tmexxi din il-parroċċa. 

     

  • Ritratti: knisja.mt/ritratti

    Aktar ritratti >>>

  • Kompli aqra »

Mhix biss dwar il-migranti – Il-Papa Franġisku

Messaġġ tal-Papa Franġisku għall-Jum Dinji tal-Migranti u r-Refuġjati 2019

  • Għeżież Aħwa,

    Il-fidi tiżgurana li b’mod misterjuż is-Saltna ta’ Alla hija diġà preżenti hawn, fid-dinja (cf. Gaudium et Spes, 39). Madankollu, fi żmienna, b’dieqa naraw li hija tiltaqa’ ma’ ostakli u oppożizzjoni. Il-konflitti vjolenti u gwerer sħaħ ikomplu jkissru l-umanità; l-inġustizzji u d-diskriminazzjoni jirkbu fuq xulxin; l-iżbilanċi ekonomiċi u soċjali fuq skala lokali u globali huma diffiċli li jintrebħu…

  • Kompli aqra »

National Sorry Day

Artiklu mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

  • Today, 26th May, is National Sorry Day in Australia, an annual event that has been held since 1998 to commemorate the mistreatment of the country’s indigenous people.

    This day carries great significance for the indigenous communities. A report which dealt with the separation of Aboriginal and Torres Strait Islander children from their families and communities was tabled in the Australian Parliament on the 26th May 1997…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 16, 11-15
    Salm: 149, 1-2.3-4.5-6a u 9b

    L-Evanġelju: Ġw 15, 26 – 16, 4a

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija. U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu miegħi sa mill-bidu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 26 ta’ Mejju

  • Is-Sitt Ħadd tal-Għid
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 15, 1-2.22-29
    Salm: 66 (67), 2-3.5.6 u 8
    It-Tieni Qari: Apok 21, 10-14.22-23

    L-Evanġelju: Ġw 14, 23-29

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu. Min ma jħobbnix ma jħarisx kliemi…

  • Kompli aqra »

L-Isqof Awżiljarju jiltaqa’ mal-qraba tal-missjunarji Maltin

  • L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ltaqa’ mal-ommijiet u l-qraba tal-missjunarji saċerdoti, reliġjużi u lajċi Maltin. Il-25 persuna li attendew għal din il-laqgħa organizzata mill-Kummissjoni Emigranti kienu qed jirrappreżentaw lill-qraba tagħhom li bħalissa qed jagħtu servizz fil-Perù, il-Brażil, il-Kenja, Kuba, New Zealand, l-Italja, l-Indja u l-Filippini.

    Wara l-laqgħa, l-Isqof iċċelebra quddiesa fejn matul l-omelija tiegħu saħaq fuq ir-rigal tal-imħabba u li ma hemmx rigal akbar milli tagħti ħajtek għall-proxxmu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 16, 1-10
    Salm: 99 (100), 1-2.3.5

    L-Evanġelju: Ġw 15, 18-21

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk id-dinja tobgħodkom, kunu afu li lili bagħditni qabel ma bagħdet lilkom. Kieku intom kontu tad-dinja, id-dinja kienet tħobbkom bħalma tħobb dak li hu tagħha; iżda billi m’intomx tad-dinja, għax jien ħriġtkom mid-dinja, id-dinja tobgħodkom…

  • Kompli aqra »