Arkivji mensili: Ġunju 2019

Viżta Pastorali tal-Arċisqof fil-parroċċa tal-Birgu

  • Il-Ħadd, 16 ta’ Ġunju 2019, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jibda l-viżta pastorali fil-parroċċa ta’ San Lawrenz fil-Birgu, fejn se jiltaqa’ mat-tfal u jamministralhom l-Ewwel Tqarbina, mal-katekisti u l-operaturi pastorali fil-parroċċa kif ukoll mal-komunità tal-patrijiet u t-terzjarji Dumnikani u s-sorijiet Benedittini.

    L-Arċisqof se jkollu l-opportunità jiltaqa’ maż-żgħażagħ Girbin u anke mal-membri tal-Kunsill Lokali u ma’ rappreżentanti tas-soċjetà ċivili. Il-Viżta Pastorali tintemm il-Ġimgħa, 21 ta’ Ġunju 2019…

  • Kompli aqra »

10 boroż ta’ studju fit-teoloġija u l-oqsma pastorali fl-Università ta’ Malta

  • Il‑Fondazzjoni għall‑Istudji Teoloġiċi tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed terġa’ toffri skema ta’ boroż ta’ studju biex tgħin lil min jixtieq ikompli l‑istudju tat‑teoloġija u l‑oqsma pastorali fil‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta. L‑għan ta’ din l‑iskema hu li aktar lajċi jitħarrġu akkademikament sabiex jagħtu sehemhom fil‑Knisja u fis‑soċjetà.

    Għas‑sena akkademika 2019‑2020, il‑Fondazzjoni qed toffri għaxar boroż ta’ €2,000 għal min japplika għal dawn il‑korsijiet:

    • Baċellerat fl‑Arti (bl‑Unuri) fit‑Teoloġija (part‑time)
    • Master fil‑Bijoetika
    • Master fl‑Etika tan-Negozju
    • Master fl‑Etika Ambjentali
    • Master fit‑Teoloġija
    • Master fl‑Istudji Reliġjużi

    L‑applikazzjonijiet għall‑boroż ta’ studju jagħlqu fis‑16 ta’ Settembru 2019…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Ġunju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 2 Kor 5, 14-21
    Salm: 102 (103), 1-2.3-4.8-9.11-12

    L-Evanġelju: Mt 5, 33-37

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu wkoll x’intqal lin-nies ta’ dari: “Tonqosx mill-wegħda li ħlift imma rodd lill-Mulej il-wegħdiet li ħliftlu”.

    Imma jiena ngħidilkom biex ma taħilfu xejn, u la bis-sema, għax hu t-tron ta’ Alla, u la bl-art, għax fuqha jserraħ riġlejh, u lanqas b’Ġerusalemm, għaliex hija l-Belt tas-Sultan il-kbir…

  • Kompli aqra »

Jum Dinji tal-Foqra: “It-tama tal-fqajrin ma tkunx għal dejjem fiergħa”

Messaġġ tal-Papa Franġisku għat-tielet Jum Dinji tal-Foqra

  • Pope Francis having lunch with people in need

  • The theme for this year’s World Day of the Poor message is “The hope of the poor shall not perish forever”, taken from the Book of Psalms.

    The Pope writes that these words “express a profound truth that faith impresses above all on the hearts of the poor, restoring lost hope in the face of injustice, sufferings and the uncertainties of life.”

    Pope Francis points out that down through the centuries there have always been rich and poor…

  • Kompli aqra »

X-Men: Dark Phoenix

  • *****

    Direttur:          Simon Kinberg

    Atturi:              James McAvoy, Michael Fassbender, Jennifer Lawrence, Nicholas Hoult, Sophie Turner, Tye Sheridn, Alexandra Shipp u Jessica Chastain

    Ħin tal-Film:    114 min

    Maħruġ minn KRS Releasng Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      12

    Fl-1975, Jean Grey, tifla ta’ tmien snin, bla ma xtaqet, użat il-qawwa li kellha ta’ telekinesis b’riżultat li kkawżat inċident stradali fatali li fih mietu l-ġenituri tagħha…

  • Kompli aqra »

The Secret Life of Pets 2

  • ****

    Direttur:          Chris Renaud

    Ilħna:               Patton Oswalt, Eric Stonestreet, Kevin Hart, Jenny Slate, Tiffany Haddish, Lake Bell, Nick Kroll, Dana Carvey, Elllie Kemper, Chris Raunad u Hannibal Buress

    Ħin tal-Film:    92 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 U

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      U

    Film Amerikan, animat komputerizzat u kummiedja ħelwa taħt id-direzzjoni ta’ Chris Renaud u kitba ta’ Brian Lynch…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Ġunju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 2 Kor 4, 7-15
    Salm: 115 (116), 10-11.15-16.17-18

    L-Evanġelju: Mt 5, 27-32

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu xi ntqal: “La tagħmilx adulterju”. Imma jiena ngħidilkom li kull min iħares lejn mara biex jixtieqha jkun ġa għamel adulterju magħha f’qalbu. Jekk għajnek il-leminija hi għalik okkażjoni ta’ dnub, aqlagħha barra u armiha ’l bogħod minnek, għax aktar ikun jaqbillek jekk tintiliflek biċċa waħda minn ġismek milli ġismek kollu jinxteħet fl-infern…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Ġunju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 2 Kor 3, 15 – 4, 1.3-6
    Salm: 84 (85), 9ab-10.11-12.13-14

    L-Evanġelju: Mt 5, 20-26

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ngħidilkom li, jekk il-ħajja tajba tagħkom ma tkunx ħafna aħjar minn dik tal-kittieba u l-Fariżej, ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet. Smajtu xi ntqal lin-nies ta’ dari: “La toqtolx”…

  • Kompli aqra »