Arkivji mensili: June 2019

Kontribut kbir fil-missjoni tal-Knisja – L-Isqof Awżiljarju

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

  • Il-Knisja San Alwiġi, Birkirkara
    29 ta’ Ġunju 2019

    Kemm hija f’waqtha li ċ-ċelebrazzjoni tal-175 sena tal-Appostolat tat-Talb, illum magħruf bħala Network Dinji ta’ Talb mal-Papa, qed issir fil-festa solenni tal-martirju tal-Appostli Pietru u Pawlu.

    Pietru u Pawlu huma żewġ kolonni tal-Knisja. Pietru huwa dak li Ġesù għażel biex ikun il-kap tal-Knisja…

  • Kompli aqra »

San Pietru u San Pawl: Xhieda tad-dgħufija tal-bniedem u tal-imħabba u l-ħniena ta’ Alla

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina

    29 ta’ Ġunju 2019

    Iż-żewġ appostli kbar li qegħdin niċċelebraw f’dan il-jum solenni, il-Mulej ippermetta li jgħarfu b’onestà kbira d-dgħufija tagħhom. Tiftakruh l-episodju wara s-sajda mirakoluża meta Ġesù jippermetti lil Pietru jaqbad ħafna ħut, Pietru jħossu mhux den quddiem Ġesù? Fil-fatt hu jinżel prostrat u jgħidlu: “Tbiegħed minni, Sinjur…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 30 ta’ Ġunju

  • It-Tlettax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Slat 19, 16b. 19-21
    Salm: 15 (16), 1-2a u 5. 7-8. 9-10. 11
    It-Tieni Qari: Gal 5, 1.13-18

    L-Evanġelju: Lq 9, 51-62

  • Meta Ġesù qorob għalih iż-żmien li fih kellu jittieħed mid-dinja, b’rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm…

  • Kompli aqra »

Live: Quddiesa fil-festa tal-martirju ta’ San Pietru u San Pawl

  • Is‑Sibt 29 ta’ Ġunju, jum l-Imnarja, l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis‑solennità tal‑martirju ta’ San Pietru u San Pawl, flimkien mal‑Kapitlu Metropolitan, fil‑Katidral tal‑Imdina. Il-Quddiesa tibda fis‑6:00 p.m. Fi tmiemha ssir ir‑repożizzjoni tar‑relikwi.

  •  

  • Kompli aqra »

Il-policy riveduta dwar il-pompi tal-petrol: ambigwa apposta jew b’nuqqasijiet ġenwini waqt it-tħejjija? – Kummissjoni Ambjent

  • Il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) hija tal‑fehma li l-policy proposta dwar il‑pompi tal‑petrol ma ġietx riveduta sew qabel ma ġiet ippubblikata u li t-tħejjija tagħha saret b’ħafna għaġla. Dan forsi minħabba l‑protesti assertivi li saru u li kienu qed jibdew jimbarazzaw lill‑awtoritajiet.

    Il-policy proposta tgħid: “Any fuel station permitted by this policy document which is not used for a period of three consecutive years within thirty years from the date of the issue of the permit, and/or is not used for its permitted purpose shall be demolished at the expense of the owner, and the site has to return to agricultural state”…

  • Kompli aqra »

Il-festa tal-Beatu Nazju Falzon

  • Nhar it-Tnejn li ġej, l-1 ta’ Lulju, hu jum il-festa tal-Beatu Nazju Falzon.

    Il-festa tal-beatu tiġi ċċelebrata f’diversi knejjes, iżda b’mod speċjali, fil-knisja Tal-Ġiżwiti, fejn Nazju Falzon waqqaf il-Kongregazzjoni tar-Rużarju biex il-membri tas-servizzi jinġabru jitolbu qabel joħorġu għall-gwerra u fejn ġew mgħammda 400 mis-650 li ġew imħejjija minnu għall-Magħmudija. Il-festa tal-Beatu Nazju Falzon tiġi ċċelebrata wkoll fil-knisja tal-Patrijiet Frangiskani Minuri,‘Ta’ Ġieżu’, fejn jinsab midfun fil-qabar tal-familja…

  • Kompli aqra »

Vlogg tal-Arċisqof: Festi Nsara jew pagani

  •  

  • Il-messagg tal-Arcisqof Charles J. Scicluna fl-okkazjoni tal-gabra specjali ghall-karità tal-Papa li ser issir ghada, u fl-okkazjoni tal-istagun tal-festi. Fil-vlogg tieghu l-Arcisqof jappella biex filwaqt li niccelebraw u niehdu pjacir bil-festi tal-qaddisin, ma ninsewx li l-festi ghandhom narrativa religjuza. Mons. Arcisqof jghid li l-valuri Kattolici ghandhom ikunu prezenti fil-festi b’mod specjali fil-mod kif nitkellmu fuq xulxin ghaliex dan jiddetermina jekk hux qed niccelebraw il-festi ta’ Nsara jew ta’ pagani…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Ġunju

  • San Pietru u San Pawl, Appostli – Solennità
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 12:1-11
    Salm: 33, 2-9
    It-Tieni Qari: Tim 4:6-8. 17-18

    L-Evanġelju: Mt 16:13-19

  • F’dak iż-żmien: Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “In-nies min jgħidu li hu Bin il-bniedem?” U huma weġbuh: “Xi wħud Ġwanni l-Battista, oħrajn Elija, u oħrajn Ġeremija jew wieħed mill-profeti.” “Imma intom,” qalilhom, “intom min tgħidu li jien?” U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, l-Iben ta’ Alla ħaj.”

    U wieġbu Ġesù u qallu: “Imbierek int, Xmun, bin Ġona, għax mhux il-laħam u d-demm urewk min jien, imma Missieri li hu fis-smewwiet…

  • Kompli aqra »

L-Ortodossi u l-Kattoliċi jingħaqdu biex jilqgħu l-isfidi preżenti

  • Ahead of the feast of Sts Peter and Paul, Pope Francis greets a delegation from the Ecumenical Patriarchate of Constantinople, urging Orthodox and Catholic faithful to work together on issues such as welcoming migrants, combating modern slavery, and protecting creation.

  • As per tradition, an ecumenical delegation sent by the Patriarch of Constantinople, Bartholomew I, is in Rome to celebrate the feast of the patrons of the Eternal City, Sts Peter and Paul…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Ġunju

  • Il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’ – Solennita’
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Eżek 34, 11-16
    Salm: 22 (23), 1-3a. 3b-4. 5. 6

    L-Evanġelju: Lq 15, 3-7

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-fariżej u lill-kittieba din il-parabbola: “Min hu dak fostkom li jkollu mitt nagħġa u jitlef waħda minnhom, u ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fid-deżert biex imur wara l-mitlufa sa ma jsibha? …

  • Kompli aqra »