Arkivji mensili: Ġunju 2019

Live: Quddiesa f’Għid il-Ħamsin 2019

  • Il‑Ħadd 9 ta’ Ġunju, fid‑9:15 a.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Għid il‑Ħamsin fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Matulha jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti tal‑parroċċi tal‑Belt u l‑parroċċa ta’ Ġesù Nazzarenu ta’ Tas‑Sliema.

     

  • Kompli aqra »

Ittra Pastorali f’Għid il-Ħamsin 2019: L-Ispirtu s-Santu jsejħilna għall-imħabba

  • Ħamsin jum wara l-Għid il-Kbir tal-Qawmien mill-Mewt tal-Mulej Ġesù niċċelebraw il-miġja tal-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli u d-dixxipli miġbura fit-talb ma’ Marija, Omm Ġesù. Ir-rakkont li jagħtina San Luqa fl-Atti tal-Appostli jsemmi esperjenza ta’ riħ qawwi li mela l-kamra ta’ fuq fejn kienu d-dixxipli, u ilsna tan-nar li dehru fuq kull wieħed u waħda minnhom. Jissemmew ukoll ilsna oħra: meta l-appostlu Pietru u sħabu joħorġu jxandru b’kuraġġ il-Bxara t-Tajba, dawk kollha li semgħuhom irrealizzaw li għalkemm kienu ġejjin minn pajjiżi differenti, ilkoll xorta waħda setgħu jifhmu l-Bxara t-Tajba fl-ilsien tagħhom…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Ġunju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 28, 16-20. 30-31
    Salm: 10 (11), 4.5 u 7

    L-Evanġelju: Ġw 21, 20-25

  • F’dak iż-żmien, Pietru dar, u ra lid-dixxiplu li kien iħobb Ġesù miexi warajhom, dak id-dixxiplu li waqt l-ikla kien imtedd fuq sider Ġesù u qallu: “Mulej, min hu li se jittradik?”. Pietru, mela, kif ra lil dan, qal lil Ġesù: “U dan, Mulej, x’se jsir minnu?”…

  • Kompli aqra »

Sette Giugno: L-Arċisqof jappella lill-Maltin biex ma joħolqux vittmi bl-inġustizzja u bl-odju ta’ bejniethom

Quddiesa b'suffraġju għall-vittmi tas-Sette Giugno f'għeluq il-mitt sena mill-ġrajja

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Knisja taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, Raħal Ġdid

    7 ta’ Ġunju 2019

    Jiena u naqra l-aħħar riċerka li saret fuq dan il-jum li qegħdin nikkommemoraw illum li ġara mitt sena ilu, irrealizzajt li tħares fejn tħares lejn il-ġrajja tas-Sette Giugno, tifhem li hija traġedja totali.

    Id-dover tal-Maltin

    Aħna llum m’għandniex għalfejn nifirħu imma għandna d-dover nikkommemoraw; għandna d-dover li ma ninsewx anke għaliex ċertu kundizzjonijiet li wasslu għal dak li ġara fil-Belt fis-7 u fit-8 ta’ Ġunju 1919, jistgħu jerġgħu jirrepetu lilhom infushom…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Ġunju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 25, 13b-21
    Salm: 102 (103), 1-2.11-12.19-20ab

    L-Evanġelju: Ġw 21, 15-19

  • F’dak iż-żmien, Ġesù deher lid-dixxipli tiegħu. Wara li kielu xi ħaġa, Ġesù qal lil Xmun Pietru: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int aktar minn dawn?”. Wieġbu: “Iva, Mulej, int taf li nħobbok”. Qallu: “Irgħa l-ħrief tiegħi”. Staqsieh għat-tieni darba: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int?”…

  • Kompli aqra »

Live: Quddiesa b’suffraġju għall-vittmi tas-Sette Giugno

  • Il-Ġimgħa, 7 ta’ Ġunju 2019, l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa b’suffraġju għall-vittmi tas-Sette Giugno 1919, Carmelo Abela, Manuel Attard, Ġużè Bajada u Wenzu Dyer, fl-10am fil-Knisja taċ-Ċimiterju ta’ Sidtna Marija Addolorata f’Raħal Ġdid.

  • 

     

  • Kompli aqra »

L-identità Kattolika hija l-imħabba – Nirreżistu politika ta’ mibegħda u esklużjoni: Kontronarrativa Kattolika

Stqarrija mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

  • Il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, wara li rat żieda fl‑appoġġ lejn movimenti tal‑lemin estrem, li wħud minnhom jibbażaw l‑argumenti tagħhom fuq il‑ħtieġa li tiġi protetta ‘l‑identità Kattolika tagħna’ kif ukoll stqarrijiet riċenti mill‑Gwardjan għall‑Ġenerazzjonijiet Futuri, li ġġustifikaw is‑sejħa tiegħu li jiġu esklużi b’mod partikulari immigranti u Musulmani meta wera x‑xewqa tiegħu li jgħix u jmut f’pajjiż Kattoliku,[1] tħoss il‑bżonn li titkellem dwar id‑dmir tagħna bħala Kattoliċi li nirreżistu politika ta’ mibegħda u esklużjoni…

  • Kompli aqra »

Ritratti: Il-Viżta Pastorali tal-Isqof Awżiljarju fil-Parroċċa ta’ Ħal Għargħur

  • Bejn it-30 ta’ Mejju u u t-2 ta’ Ġunju 2019, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi għamel Viżta Pastorali fil-Parroċċa ta’ San Bartilmew f’Ħal Għargħur.

    Waqt il-Viżta Pastorali l-Isqof Galea-Curmi ltaqa’ mar-residenti ta’ Ħal Għargħur u bierek għadd ta’ familji fid-djar tagħhom bħala parti mill-programm tal-parroċċa għat-tberik tal-Għid. Matul il-Viżta l-Isqof iċċelebra Quddiesa fil-knisja parrokkjali u matulha amministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lil 29 adolexxent…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Ġunju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 22, 30; 23, 6-11
    Salm: 15 (16), 1-2a u 5.7-8.9-10.11

    L-Evanġelju: Ġw 17, 20-26

  • F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema talab u qal: “M’iniex nitlob għal dawn biss, imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom; nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda…

  • Kompli aqra »

Il-President Vella jgħid li l-qtil ta’ Lassana Cisse huwa tebgħa fuq il-kuxjenza tal-Maltin

  • Il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ mal-Kummissjoni Emiganti, bi żjara f’Dar l-Emigrant fil-Belt u s-Sorijiet tal-Bon Pastur f’Ħal Balzan, li joffru diversi servizzi b’xejn lill-immigranti li jiġu Malta jfittxu ħajja aħjar minn art twelidhom minħabba gwerra jew faqar.

    Il-President Vella ngħata merħba minn Monsinjur Alfred Vella u Monsinjur Philip Calleja mal-wasla tiegħu f’Dar l-Emigrant fil-Belt Valletta. Hawnhekk iltaqa’ mal-immigranti li jibbenefikaw mis-servizzi ta’ din l-għaqda mhux governattiva, filwaqt li tkellem mal-voluntiera li jaħdmu f’dan il-qasam…

  • Kompli aqra »