“Kulħadd jista’ jisma’ l-Kelma ta’ Alla u jħarisha” – L-Isqof Awżiljarju
Quddiesa fl-ewwel jum tal-Kwindiċina
31/07/2019- L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
-
Il-Knisja Arċipretali, il-Gudja
30 ta’ Lulju 2019Is-silta mill-Evanġelju ta’ San Luqa li għadna kif smajna hi silta tassew qasira. Imma fiha tiġbor ħafna li hu ta’ ġid għal ħajjitna, u speċjalment għalikom li tqimu lil Marija mtellgħa s-sema f’din il-parroċċa għażiża tal-Gudja.
Ħa nsemmi tliet punti li fihom nara messaġġi importanti lil din il-parroċċa…