• Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku kkonferma għal terminu ieħor ta’ tliet snin is-servizz li l-Arċisqof Charles J. Scicluna jagħti lis-Santa Sede bħala President tal-Kulleġġ fi ħdan il-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi, li jiddeċiedi l-appell fil-proċessi dwar offiżi serji (delicta reservata) stabbiliti fil-Motu Proprio Sacramentorum Sanctitatis Tutela. L-Arċisqof Scicluna kien inħatar President ta’ dan il-kulleġġ speċjali fil-21 ta’ Jannar 2015.

    Fit-13 ta’ Novembru tas-sena l-oħra, il-Papa Franġisku ħatar ukoll lill-Arċisqof Scicluna bħala Segretarju Aġġunt tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi tas-Santa Sede.