Pass kbir għall-umanità
25/07/2019-
Fl-okkażjoni tal-50 sena mindu l-bniedem rifes għall-ewwel darba fuq il-qamar, il-Papa Franġisku qal li permezz ta’ din il-kisba l-bniedem wettaq ħolma straordinarja. “Jalla l-memorja ta’ dan il-pass kbir għall-umanità jkebbes ix-xewqa li twassal għanijiet ikbar: iktar dinjità għad-dgħajfin, iktar ġustizzja fost il-popli, u futur aħjar għad-dar komuni tagħna”, żied jgħid il-Papa.
Permezz ta’ kliemu u mġibtu, il-Papa kemm-il darba esprima x-xewqa li tingħata għajnuna konkreta lil dawk li huma fil-bżonn: l-immigranti, il-fqar, il-morda, l-anzjani kif ukoll id-dinja – li hi d-dar komuni tagħna…