Madwar 1,400 persuna jattendu għall-open weekend fil-Kurja tal-Arċisqof
22/07/2019-
0
Advanced issues found
▲
-
Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Kalċidonju, is-Sibt u l-Ħadd, 20 u 21 ta’ Lulju 2019, il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana fetħet il-bibien tagħha għall-pubbliku. Il-viżitaturi setgħu jammiraw l‑arkitettura Barokka u d‑diversi opri tal‑arti li jinsabu fis‑sala tar‑refettorju, fil‑kurituri, fis‑sagristija u fil‑kappella ddedikata lill‑Madonna ta’ Manresa fejn hemm ir‑relikwi ta’ San Kalċidonju. Ittellghu wkoll preżentazzjonijiet u taħdidiet dwar il-pitturi fil-Kurja u r-restawr li qed isir mal-faċċata, kunċerti fil-bitħa ċentrali u treasure hunt għat-tfal…