“Inħallu lill-Madonna tgħallimna s-sabiħ tal-ħajja” – L-Isqof Awżiljarju
Quddiesa fl-okkażjoni tal-inkurazzjoni tal-inkwatru ta’ Sidtna Marija Mtellgħa s-Sema
12/08/2019- L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
-
Il-Bażilka ta’ Santa Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta
10 ta’ Awwissu 2019Għadni niftakar il-ġurnata 44 sena ilu bħal-lum – jien kelli ħdax-il sena – meta missieri ġabni l-Mosta għall-ġrajja tal-inkurunazzjoni. Kont fi Triq il-Kungress Ewkaristiku u nistqarr li ftit li xejn irnexxieli nara dak inhar…