Arkivji mensili: Settembru 2019

Premjata r-rebbieħa tal-kaċċa għat-teżor waqt l-open weekend fil-Kurja

  • Ġiet ippremjata r-rebbieħa tal-kaċċa għat-teżor li saret fl-open weekend tal-Kurja fl-20 u l-21 ta’ Lulju 2019. Maria Elena Pace, tifla ta’ 10 snin minn Ħal Qormi, ġiet fl-ewwel post mill-parteċipanti kollha li ħadu sehem f’din il-kompetizzjoni. Fil-jiem li għaddew, it-tifla flimkien mal-ġenituri tagħha ġew ippreżentati bi tliet kotba mis-Sur Michael Pace Ross, is-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.  

    Il-kaċċa għat-teżor saret bil-ħsieb li tinvolvi iktar lit-tfal u lill-adulti waqt l-open weekend fil-Kurja, biex jiskopru iktar dwar il-binja storika ta’ Casa Manresa u dwar l-Arċidjoċesi ta’ Malta…

  • Kompli aqra »

‘Il-Mulej jara l-umiltà tagħna, jigglorifikana hu’ – L-Arċisqof

Quddiesa ċelebrata fil-Knisja ta' San Pawl tal-Ħġejjeġ

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja ta’ San Pawl tal-Ħġejjeġ, San Pawl il-Baħar
    1 ta’ Settembru 2019

    Ejjew nistaqsu lilna nfusna dalgħodu: il-Mulej xi jrid jgħallimna? Dak li għamel u qal waqt din l-ikla li għaliha kien mistieden. Kien mistieden għand wieħed mill-kapijiet tal-Fariżej biex jiekol għandu…

  • Kompli aqra »

Jibda l-31 vjaġġ appostoliku tal-Papa Franġisku

  • This morning the Pope left Rome on Wednesday for Maputo, Mozambique, in the evening, where he will be officially welcomed. He will spend Thursday and Friday in Maputo.

    On Friday afternoon, he will fly to Antananarivo, Madagascar, where he will stay until Sunday evening.

    Monday morning, Pope Francis will travel to Port Louis, Mauritius, for the conclusion of his Apostolic Journey…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Settembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Kol 1, 1-8
    Salm: 51 (52), 10.11

    L-Evanġelju: Lq 4, 38-44

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qam u telaq mis-sinagoga, u daħal għand Xmun. Issa omm il-mara ta’ Xmun kellha fuqha deni qawwi, u talbuh jgħinha. Resaq fuqha, ordna lid-deni, u d-deni ħallieha. U minnufih qamet u bdiet isservihom…

  • Kompli aqra »

Jiftaħ il-Kapitlu Ġenerali Ordinarju tal-Ordni ta’ Santu Wistin f’Ruma

L-Arċisqof Charles Scicluna jindirizza lill-Kapitulari

  • Il-Ħadd l-1 ta’ Settembru ngħata bidu għall-Kapitlu Ġenerali Ordinarju 2019 tal-Ordni Agostinjana permezz ta’ quddiesa fil-Bażilika ta’ Santu Wistin Ruma. Dan ser ikun il-186 Kapitlu Ġenerali u ser jinżamm fil-kurja Ġenerali tal-Ordni biswit il-pjazza ta’ San Pietru.

    Fl-ewwel jum tal-Kapitlu l-Arċisqof Charles Scicluna li anima waħda mill-ewwel sessjonijiet fejn kellem lill-Kapitulari dwar il-protokoll li jipproteġi n-nies vulnerabbli f’kull ċirkoskrizzjoni tal-Ordni madwar id-dinja…

  • Kompli aqra »

Mons. Antoine Camilleri jinħatar arċisqof titulari u nunzju appostoliku

  • Il-Papa Franġisku ħatar lill-Monsinjur Antoine Camilleri bħala Arċisqof titulari ta’ Skálholt u Nunzju Appostoliku. Sal-lum Mons. Camilleri kien qed iservi bħala sotto-segretarju tas-Santa Sede, responsabbli mir-relazzjonijiet mal-istati.

    Mons. Antoine Camilleri twieled tas-Sliema fl-20 ta’ Awwissu 1965. Ġie ordnat saċerdot fil-5 ta’ Lulju 1991 u huwa inkardinat f’Malta. Iggradwa fil-Liġi u d-Dritt Kanoniku u daħal fis-servizz diplomatiku tas-Santa Sede fid-9 ta’ Jannar 1999…

  • Kompli aqra »

L-Isqfijiet Maltin jifirħu lill-Arċisqof-elett Antoine Camilleri

  • Il‑Konferenza Episkopali Maltija tifraħ lill‑Monsinjur Antoine Camilleri għall‑ħatra tiegħu mill‑Papa Franġisku bħala Arċisqof titulari ta’ Skálholt u Nunzju Appostoliku. L‑Arċisqof Charles J. Scicluna, l‑Isqof Mario Grech u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi, miġburin waqt laqgħa tal‑Konferenza Episkopali, laqgħu din l‑aħbar u wegħdu t‑talb tal‑Knisja f’Malta u Għawdex għal din il‑missjoni ġdida fdata lill‑Monsinjur Camilleri.  

  • Kompli aqra »

Il-Papa lill-onkoloġisti: it-trattament tal-kanċer għandu jkun personalizzat

Il-Papa Franġisku jiltaqa' mal-membri tal-Assoċjazzjoni Taljana tal-Onkoloġija Medika

  • The Italian Association of Medical Oncology was founded in 1973. It is one of many such associations around the world, all dedicated to the treatment of cancer, and to providing medical care to people diagnosed with the disease.

    In his address, Pope Francis praised the Association for “encouraging research and prevention, working to improve diagnosis and treatment, and developing numerous initiatives to update and train doctors and other operators in the oncology sector”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Settembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Tess 5, 1-6.9-11
    Salm: 26 (27), 1.4.13-14

    L-Evanġelju: Lq 4, 31-37

  • F’dak iż-żmien, Ġesù niżel Kafarnahum, belt tal-Galilija, u f’jum is-Sibt qagħad jgħallem lin-nies, li baqgħu mistagħġba bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax id-diskors tiegħu kien ta’ wieħed li għandu s-setgħa. U kien hemm raġel fis-sinagoga li kellu fih spirtu ta’ xitan imniġġes, u qabad jgħajjat b’leħen għoli: “Ah! …

  • Kompli aqra »

L-importanza li nkunu umli bħall-Madonna – L-Arċisqof fil-festa tal-Bambina

Quddiesa fin-Novena tal-Festa ta’ Marija Bambina fin-Naxxar

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Knisja Arċipretali Marija Bambina, in-Naxxar
    31 ta’ Awwissu 2019

    Tagħlima li jixtieq jagħtina Ġesù llum tmur kontra l-istinti kollha tagħna. Miċ-ċokon aħna nkunu nixtiequ li jkollna l-attenzjoni kollha ta’ kulħadd u l-ħajja li tgħallimna li jeżistu nies oħrajn u li l-platt mhux għalina biss…

  • Kompli aqra »