Arkivji mensili: Ottubru 2019

Maleficent: Mistress of Evil

****

Direttur:          Joachim Ronning

Atturi:              Angelina Jolie, Elle Fanning, Chiwetel Ejiofor, Sam Riley, Ed Skrein, Imelda Staunton, Juno Temple, Lesley Manville u Michelle Pfeiffer

Ħin tal-Film:    118 min

Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                             PG

KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                                  PG

Ħames snin wara l-mewt tar-Re Stefan, Ingrith, ir-reġina ġdida tar-renju tal-umani, sfortunatament bdiet tmexxi r-renju lejn legat aktar mudlam milli kien mexxa Stefan snin qabel… Kompli aqra »

L-adolexxenti mill-parroċċi tal-Fgura u l-Ħamrun jirċievu s-Sagrament tal-Griżma

Nhar is-Sibt 26 u l-Ħadd 27 ta’ Ottubru l-Arċisqof Charles J. Scicluna amministra s-Sagrament tal-Griżma lil adolexxenti tal-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu tal-Fgura. B’kollox kien hemm 60 tifel u 40 tifla.

Il-Ħadd l-Arċisqof amministra s-Sagrament lil 19-il adolexxent fil-Knisja Parrokkjali tal-Kunċizzjoni, il-Ħamrun – tmien bniet u 11-il tifel.

Ritratti: knisja.mt/ritratti

Waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Fgura L-adolexxenti li rċevew il-Griżma mill-Parroċċa tal-Fgura s-Sibt L-adolexxenti li rċevew il-Griżma mill-Parroċċa tal-Fgura s-Sibt L-adolexxenti li rċevew il-Griżma mill-Parroċċa tal-Fgura l-Ħadd L-adolexxenti li rċevew il-Griżma mill-Parroċċa tal-Fgura l-Ħadd Waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof fil-Knisja Parrokkjali tal-Kunċiżżjoni, il-Ħamrun L-adolexxenti li rċevew il-Griżma mill-Parroċċa tal-Ħamrun il-Ħadd L-adolexxenti li rċevew il-Griżma mill-Parroċċa tal-Ħamrun il-Ħadd

Aktar ritratti >> Kompli aqra »

L-adolexxenti mill-parroċċi tal-Mosta u Gwardamanġa jirċievu s-Sagrament tal-Griżma

Bejn nhar is-Sibt 26 ta’ Ottubru u l-għada l-Ħadd l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi amministra s-Sagrament tal-Griżma lil 138 adolexxent fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija Assunta, il-Mosta. Is-Sibt 37 tifel u 41 tifla rċevew dawn is-Sagrament waqt li l-Ħadd 32 tifel u 28 tifla rċevew is-Sagrament tal-Griżma.

Il-Ħadd 27 ta’ Ottubru l-Isqof amministra s-Sagrament tal-Griżma lil 18-il adolexxent mill-Knisja tal-Madonna ta’ Fatima fi Gwardamanġa – seba’ bniet u 11-il tifel… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efesin 2: 19-22
Salm: 18, 2-5

L-Evanġelju: Lq 6: 12-16

Darba fost l-oħrajn, Ġesù ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla. Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: Xmun, li semmieh Pietru, u ħuh Indrì, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew, Mattew, Tumas, Ġakbu ta’ Alfew, Xmun imlaqqam l-Imħeġġeġ, Ġuda ta’ Ġakbu, u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh… Kompli aqra »

Konsagrazzjoni ta’ tempju ġġedded fina l-konsagrazzjoni tagħna bħala Nsara – L-Arċisqof

Quddiesa tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja ż-Żgħira fil-Parroċċa ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi

  ll-Knisja ż-Żgħira, Ħal Qormi

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

“Mhux ħlief dar Alla u dan bieb is-smewwiet”. Aħna u nikkonsagraw l-Knisja ż-Żgħira kif nafuha, it-talba tagħna hija li aħna nkomplu nikbru bħala l-poplu ta’ Alla. Jekk inti tfittex id-dar ta’ Alla, tħarisx lejn ġebel, ħares lejn il-poplu ta’ Alla.

Kif għidna fil-barka sabiħa qabel raxxaxna l-ilma mbierek fuqna, bil-Magħmudija aħna sirna t-tempju ta’ Alla, personalment u bħala komunità… Kompli aqra »

Bishop Joe’s Podcasts (2)

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi jitkellem dwar: l-amministrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof, ix-Xahar Straordinarju tal-Missjoni, il-Viżta Pastorali li l-Isqof Galea-Curmi ser jagħmel fil-parroċċa tal-Imsida, bejn il-15 u l-24 ta’ Novembru.

Din l-intervista xxandret fuq 103, fis-27 ta’ Ottubru 2019 Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 27 ta’ Ottubru

It-Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 35, 12-14.16-18
Salm: 33, 2-3.17-18.19 u 23
It-Tieni Qari: 2 Tim 4, 6-8. 16-18

L-Evanġelju: Lq 18, 9-14

F’dak iż-żmien, kien hemm uħud li kienu jafdaw fihom infushom li huma ġusti u kienu jmaqdru lill-oħrajn.

Ġesù qalilhom din il-parabbola: “Żewġt irġiel, wieħed fariżew u l-ieħor pubblikan, telgħu fit-tempju biex jitolbu… Kompli aqra »

Nimlew qalbna b’Alla u mhux b’affarijiet li jġibu l-vojt – L-Isqof Awżiljajru

Quddiesa fil-Festa ta’ Sant’Ursola li ddedikat ħajjitha b’mod sħiħ lil Alla

  Il-Monasteru Sant’Ursola, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Fl-istorja tal-Knisja hawn qaddisin li hemm ħafna x’taqra fuqhom, l-istorja ta’ ħajjithom hija mżewqa b’ħafna episodji, u qaddisin ukoll li kitbu ħafna, ħallew ħafna kitba li hija ta’ ġid għall-ħajja spiritwali. Imbagħad hemm oħrajn li kważi li m’hemm xejn fuqhom imma nafu xi ħaġa żgħira u din ix-xi ħaġa żgħira fil-fatt hija xi ħaġa kbira l-għaliex tmur fil-qalba tal-ħajja Nisranija… Kompli aqra »

COMECE 2019: Isqfijiet Ewropej isejħu għal tranżizzjoni inklussiva u ġusta li twassal għal ekoloġija integrali

On 23-25 October 2019 delegates of the Bishops’ Conferences of the European Union gathered in Brussels for the COMECE Autumn 2019 Assembly. The meeting was dedicated to post-EU elections challenges and, in particular, to ecological policies centered on persons, families and communities.

In the context of the renewed European institutions, Bishops discussed priorities of the incoming European Commission in dialogue with an EU representative… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 8, 1-11
Salm: 23 (24), 1-2.3-4ab.5-6

L-Evanġelju: Lq 13, 1-9

F’dak iż-żmien, ġew xi wħud għand Ġesù u qalulu b’dawk il-Galilin li Pilatu kien ħallat demmhom mad-demm tal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom. U Ġesù qabad u qalilhom: “Taħsbu intom li dawn il-Galilin kienu iżjed midinbin mill-Galilin l-oħra biex sofrew dan kollu? Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu bħalhom… Kompli aqra »