Arkivji mensili: Ottubru 2019

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Ottubru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġoel 4, 12-21
    Salm: 96 (97), 1-2.5-6.11-12

    L-Evanġelju: Lq 11, 27-28

  • F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien qed jitkellem, kien hemm waħda mara li għolliet leħinha minn qalb il-folla u qaltlu: “Hieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt!”. Iżda hu qalilha: “Imma tassew ngħidlek, aktar hienja dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jħarsuha!”…

  • Kompli aqra »

Adelaide Cini… mitt sena wara

Quddiesa fl-okkażjoni tal-mitt sena mill-eżumazzjoni u t-trasport tal-fdalijiet tal-Venerabbli Adelaide Cini

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jitlob li jerġa’ jinfetaħ il‑każ tal‑Venerabbli Adelaide Cini biex eventwalment, jekk tissodisfa l‑kriterji tal‑liġi tal‑Knisja, din il‑mara lajka tiġi bbeatifikata. Dan ser isir waqt Quddiesa li ser jiċċelebra l‑Arċisqof għada, it‑Tlieta 15 ta’ Ottubru, fis‑7pm, fil‑mitt sena tal‑eżumazzjoni u t‑trasport tal‑fdalijiet tagħha miċ‑ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata għall‑istitut “Ta’ Ċini” li kienet waqqfet u fejn tinsab midfuna. Adelaide Cini kienet ġiet iddikjarata Venerabbli mill‑Papa Piju X fit‑23 ta’ Frar 1910…

  • Kompli aqra »

Il-Kummissjoni Ambjent dwar il-Baġit 2020

Ittra mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent lill-Ministru tal-Finanzi bi proposti għall-Baġit 2020

Għażiż Prof. Scicluna,

Proposta Baġit 2020: Studju Nazzjonali dwar il-propjetà

Bħalma għamlet fis-snin li għaddew, il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) qiegħda għal darb’oħra tistieden lill-Gvern biex iniedi studju nazzjonali dwar il-propjetà. Sal-lum il-KA għadha ma tistax tifhem għalfejn il-Gvern qed iżomm lura milli jagħmel dan. Din hija r-raba’ sena li l-KA qed tħeġġeġ lill-Gvern biex jerfa’ r-responsabbiltajiet tiegħu u jniedi tali studju li jkollu l-parteċipazzjoni sħiħa tal-istakeholders kollha fit-tfassil tat-terms of reference… Kompli aqra »

Sejħa kbira għad-demm

  • Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jagħmel sejħa kbira għad-demm biex ir-riserva baxxa ta’ bħalissa titla’ kemm jista’ jkun malajr. Għaldaqstant dawk li jgawdu saħħithom huma ġentilment mitluba biex jersqu u jagħtu d-demm, possibbilment illum, għada, jew nhar il-Ħadd.

    B’rabta ma’ din is-sejħa tajjeb li wieħed ifakkar li Servizz ta’ Saħħa tajjeb jiddependi wkoll minn riserva suffiċjenti ta’ demm, li tforni l-ħtiġijiet kbar fl-isptarijiet tal-gżejjer Maltin…

  • Kompli aqra »

Is-Sinodu tal-Isqfijiet għall-Amażonja: it-traffikar tad-droga u t-talba għall-konverżjoni ekoloġika

  • The sixth General Congregation of the Special Synod of Bishops for the Amazon region took place in the afternoon of the 9th of October in the presence of Pope Francis. The Synod for the Amazon is taking place in the Vatican ‪until October the 27th.‬ 180 Synod Fathers were present in the Synod Hall.

    The tragedy of drug trafficking and its consequences: this was one of the interventions discussed on Wednesday afternoon in the Synod Hall…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Ottubru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġoel 1, 13-15; 2, 1-2
    Salm: 9, 2-3.6 u 16.8-9

    L-Evanġelju: Lq 11, 15-26

  • F’dak iż-żmien, wara li Ġesù keċċa xitan, xi wħud qalulu: “Bis-saħħa ta’ Begħelżebul, il-prinċep tax-xjaten, qiegħed ikeċċihom ix-xjaten”. Oħrajn, biex iġarrbuh, riedu mingħandu sinjal mis-sema. Iżda hu ntebaħ x’kienet il-fehma tagħhom, u qalilhom: “Kull saltna maqsuma fiha nfisha ssir ħerba, u taqa’ dar fuq oħra…

  • Kompli aqra »

Kull wieħed u waħda minna kellu l-privileġġ li jkollu għalliema li saru parti mis-sinsla tiegħu – L-Arċisqof

  • L-Erbgħa 9 ta’ Ottubru l-Arċisqof Charles J. Scicluna indirizza waqt il-ftuħ tal-uffiċini l-ġodda tal-Malta Union of Teachers (MUT), fil-Ħamrun. Waqt l-inawgurazzjoni tkellmu wkoll l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo u l-President tal-MUT Marco Bonnici.

    Wara l-Arċisqof żar il-wirja tal-arti viżiva li hemm għaddejja bħalissa fl-uffiċċini. Din ittellgħet wara li saret sejħa għal xogħlijiet mill-artisti u se tibqa’ miftuħa sal-aħħar ta’ Ottubru. 

    Il-messaġġ tal-Arċisqof

    Ippermettuli nuża din l-opportunità biex insellem lil-Onor…

  • Kompli aqra »

Il-kariżmi fi ħdan il-Knisja komunjoni

L-Isqof Joseph Galea-Curmi jindirizza seminar forum għall-għaqdiet u movimenti, MCYN u l-Istitut għall-Formazzjoni Pastorali (PFI)

  • Messaġġ mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
  • Il-Kurja tal-Arċisqof
    28 ta’ Settembru 2019

    Fis-seminar tas-16 ta’ Marzu 2019, fuq is-sinodalità fil-Knisja, f’punt nru 5 (mill-10 punti) tkellimt dwar is-sinodalità li tfisser valorizzazzjoni tal-kariżmi, parteċipazzjoni, korresponsabbiltà:

    “Karatteristika ta’ dan l-istil ta’ Knisja hi l-valorizzazzjoni tal-kariżmi li l-Ispirtu jagħti skont il-vokazzjoni u r-rwol ta’ kull wieħed u waħda mill-membri tiegħu, permezz ta’ dinamiżmu ta’ korresponsabbiltà…

  • Kompli aqra »

San Franġisk: faqar li jgħinek tgħix bil-libertà tal-qalb u bis-sempliċità – L-Isqof Awżiljarju

Quddiesa f’lejlet il-Festa ta’ San Franġisk t’Assisi

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
  • Il-Knisja ta’ San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex
    3 ta’ Ottubru 2019

    San Franġisk hu qaddis popolari. Kif issemmih, ħafna mill-ewwel iġibu quddiem għajnejhom il-paċi, l-ambjent, il-faqar. Dan bir-raġun, għax San Franġisk hu xhud ta’ kif tkun strument tal-paċi, kif tirrispetta l-ħolqien, u ta’ kif tgħix il-faqar u tħobb u tgħin lill-fqar…

  • Kompli aqra »

Is-Sinodu tal-Isqfijiet għall-Amażonja: proposti għal ministeru ta’ lajċi nisa

  • Synthesis of the Fifth General Congregation. 174 Synod Fathers were present for the Wednesday morning session.

    The integral health of the Amazon was one of the concerns raised this morning in the Synod hall. The model of development espoused by a capitalism that devours; the fires that are destroying the region; corruption; deforestation; and illegal farming – all these threaten the health of the people, the territory, and the whole planet…

  • Kompli aqra »