Arkivji mensili: Novembru 2019

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 13, 1-9
Salm: 18, 2-3.4-5

L-Evanġelju: Lq 17, 26-37

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Bħalma ġara fi żmien Noè, hekk ukoll jiġri fi żmien Bin il-bniedem. Kienu jieklu, jixorbu, jiżżewġu u jżewġu, sa dakinhar li Noè daħal fl-arka; imbagħad ġie d-dilluvju u qeridhom ilkoll.

L-istess bħalma ġara fi żmien Lot; kienu jieklu, jixorbu, jixtru, ibigħu, iħawlu, jibnu, imma dakinhar li Lot ħareġ minn Sodoma, Alla bagħat xita ta’ nar u kubrit mis-sema u qeridhom ilkoll… Kompli aqra »

It-tradiment spiritwali li jgħaddu minnu vittmi tal-abbuż – L-Arċisqof

Intervista ma' John Allen, il-Kap Editur ta' CRUX online

  L-Università ta' Notre Dame, Indiana, l-Istati Uniti tal-Amerika

Segwi t-taħdita pubblika mal-Arċisqof fil-filmat (fuq)

L-Arċisqof Charles J. Scicluna lbieraħ ġie intervistat minn John Allen, il-kap editur tal-gazzetta online Crux, dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali minn membri tal-kleru. L-Arċisqof kien il-mistieden tal-Università ta’ Notre Dame f’Indiana, l-Istati Uniti, għal taħdita pubblika li għaliha attendew mijiet ta’ persuni fosthom għadd kbir ta’ studenti universitarji. 

Waqt l-intervista l-Arċisqof semma’ kif ftit tal-jiem ilu, waqt li kien il-Messiku għall-kungress għall-Amerika Latina dwar il-protezzjoni tat-tfal, huwa ltaqa’ mill-ġdid ma’ Juan Carlos Cruz, wieħed mill-vittmi li kien iltaqa’ miegħu meta mar iċ-Ċilì fuq talba tal-Papa Franġisku… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 7, 22 – 8,1
Salm: 118 (119), 89.90.91.130.135.175

L-Evanġelju: Lq 17, 20-25

F’dak iż-żmien, il-Fariżej staqsew lil Ġesù meta kienet se tiġi s-Saltna ta’ Alla, u hu weġibhom: “Is-Saltna ta’ Alla ma tiġix b’sinjali li jidhru; lanqas ħadd ma hu se jgħid: “Arawha, hawn”, jew: “Hemm”, għax araw, is-Saltna ta’ Alla fostkom qiegħda!”.

Lid-dixxipli tiegħu qalilhom: “Għad jiġi żmien meta tkunu tixtiequ taraw jum wieħed minn żmien Bin il-bniedem u ma tarawhx… Kompli aqra »

Konferenza dwar l-Edukazzjoni Reliġjuża: sfidi u azzjonijiet

  L-Istitut tal-Edukazzjoni, Pembroke

Fit- 12 ta’ Novembru 2019, l-Uffiċjali Edukattivi tas-suġġett tal-Edukazzjoni Reliġjuża flimkien mas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Reliġjuża, tellgħu konferenza bl-isem ‘Religious Education, Challenges and Actions’. Din il-konferenza kompliet fuq l-impenn tas-suġġett biex ikompli jiġġedded kemm fl-aspett metodoloġiku, kif ukoll fil-preżentazzjoni tal-kotba li jużaw l-istudenti mhux biss fis-settur primarju u medju li nbidlu fl-aħħar snin, imma anke issa f’dak sekondarju.

Fil-fatt f’din il-konferenza tnieda għall-ewwel darba s-sillabu l-ġdid tal-edukazzjoni reliġjuża tal-eżami ordinarju tal-matrikola flimkien mal-ktieb li se jakkumpanja dan is-sillabu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 6, 1-11
Salm: 81 (82), 3-4.6-7

L-Evanġelju: Lq 17, 11-19

Ġara li, huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda minn bejn is-Samarija u l-Galilija. Kif kien dieħel f’raħal, iltaqgħu miegħu għaxart irġiel morda bil-lebbra. Waqfu ’l bogħod minnu, għollew leħinhom u qalulu: “Ġesù, mgħallem, ikollok ħniena minna!”. Kif rahom, qalilhom: “Morru uru rwieħkom lill-qassisin”. U ġara li, huma u sejrin, fiequ mill-marda tagħhom… Kompli aqra »

Ħajja ta’ suċċess – L-Isqof Galea-Curmi lill-gradwati ġodda

Quddiesa ta' ringrazzjament fl-okkażjoni tal-gradwazzjoni tal-istudenti tal-Università ta' Malta

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Jum il-Gradwazzjoni hu jum li fih niċċelebraw is-suċċess. Intom illum bir-raġun qed tiċċelebraw, u aħna lkoll magħkom, għax wasaltu fi tmiem l-istudji tagħkom b’suċċess. Għandkom għal xiex tifirħu! Dan is-suċċess ma ġiex waħdu, imma kien frott ta’ snin ta’ studju, kultant ta’ żmien diffiċli u ta’ ostakli li żgur iltqajtu magħhom u li għelibtu biex stajtu taslu sat-tmiem.

Huma ħafna dawk il-persuni li għandkom tirringrazzjaw ta’ dan is-suċċess tagħkom f’Jum il-Gradwazzjoni… Kompli aqra »

Qassis Armen u misseru maqtula fis-Sirja

Armenian Catholic Father Hovsep Bedoyan is shot dead by so-called Islamic State militants in northeastern Syria.

Gunmen shot dead an Armenian Catholic priest and his father as they were traveling in a car in northeastern Syria.  The attack was claimed by the so-called Islamic State group.

Father Hovsep Bedoyan, the head of the Armenian Catholic community in the the Kurdish-majority city of Qamishli near the border with Turkey, and his father, Abraham Bedoyan, were heading to the province of Deir Al-Zor when they came under attack on Monday, November 11… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 2, 23 – 3,9
Salm: 33 (34), 2-3.16-17.18-19

L-Evanġelju: Lq 17, 7-10

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Wieħed minnkom ikollu qaddej qiegħed jaħrat jew jirgħa; meta jidħol mill-għalqa x’se jgħidlu: “Ejja, isa, u oqgħod għall-ikel?”, jew: “Lestili x’niekol, ilbes il-fardal u newwilli sa ma niekol u nixrob jien, u mbagħad tiekol u tixrob int?”. Jaqaw se jroddlu ħajr lill-qaddej talli jkun għamel li ordnalu? … Kompli aqra »

Tingħata bidu għall-Viżta Pastorali fl-Imsida

22 adolexxent mill-parroċċa jirċievu s-Sagrament tal-Griżma

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Ġużepp, l-Imsida

Nhar il-Ħadd 10 ta’ Novembru ngħatat bidu tal-Viżta Pastorali fil-Parroċċa tal-Imsida mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi. Dakinhar 22 adolexxent irċivew is-Sagrament tal-Griżma ta-Isqof u wara l-Isqof iltaqa’ ma’ dawk preżenti.

Messaġġ tal-okkażjoni mill-Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea-Curmi

Għeżież membri tal-parroċċa tal-Imsida, huwa ta’ ferħ kbir għalija li f’dawn il-jiem se niġi għall-Viżta Pastorali f’din il-parroċċa għażiża.

Il-parroċċa tagħkom, taħt il-ħarsien ta’ San Ġużepp, hija parroċċa li sentejn ilu ċċelebrat il-150 sena parroċċa… Kompli aqra »