Il-familja: ambjent ta’ fejqan fejn kulħadd iħossu komdu – L-Arċisqof
Quddiesa fil-festa tas-Sagra Familja
14/12/2019 Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Ġesù jipprova jispjega lil tnejn mid-dixxipli ta’ Ġwanni l-Battista x’kien qiegħed jiġri. Il-mistoqsija tagħhom hija mistoqsija importanti. Ġwanni jixtieq ikun jaf jekk Ġesù huwiex dak li għandu jiġi, jekk Ġesù huwiex il-Messija. “Inti huwa dak li għandu jiġi jew nistennew lil ħaddieħor?” (Mt 11:3). Huwa mument ta’ għażla. Il-mistoqsija hija importanti għaliex jekk Ġesù mhuwiex dak li għandu jiġi, allura Ġwanni qed jgħid “nistennew lil ħaddieħor”… Kompli aqra »